Budget
L-Oppożizzjoni tgħid li l-PM naqas milli jwieġeb fuq għadd ta’ problemi

B’reazzjoni għad-diskors tal-Prim Ministru fil-Parlament, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li Joseph Muscat ma’ wieġeb xejn fuq is-sitwazzjoni tal-għalliema, tal-middle class, tal-popolazzjoni tiżdied, fuq il-problemi tal-banek u fis-settur tal-gaming.

Fuq il-faqar, Adrian Delia qal li l-Prim Ministru Joseph Muscat jagħżel li jikkwota ċifri minn hawn u minn hemm, imma sostna li r-realtà hi li fil-pajjiż hawn kważi 90,000 persuna f’riskju ta’ faqar.

Dr Delia qal li l-Partit Nazzjonalista wera fid-dokument li ħareġ qabel il-budget li jimpurtah minn dawn is-setturi kollha u li jkollna soċjetà li jimpurtaha. Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li l-Prim Ministru ma tax komfort kif Malta tħares b’kuraġġ ‘il quddiem.

Ara wkoll:

Il-Gvern xtara Villa Gwardamanġa fejn kienet tgħix ir-Reġina

Aħbarijiet Oħra
Edukazzjoni

Mit-Tnejn li ġej l-Università ta’ Malta se jibdew ċ-ċerimonji ta’ gradwazzjoni għal tliet elef u ħames mitt student, li aktar minn sittin fil-mija minnhom huma nisa. F’quddiesa ta’ ringrazzjament, l-Isqof…

Statistika

Il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo qal li kien hemm 31 studenti tfajliet li ġew riferuti lis-servizz Għożża tul is-sena skolastika li għaddiet. Is-servizz Għożża joffri għajnuna lil tfajliet fl-età tal-iskola obbligatorja…

Lokali

565 persuna kienu rrapportati lill-Pulizija bħala nieqsa mill-bidu tas-sena sa tmiem Settembru. Minn dawn il-persuni 514 instabu waqt li 51 oħra għadhom irrapurtati nieqsa. Dan it-tagħrif ingħata fil-Parlament mill-Ministru għall-Affarijiet…

Aktar