L-Oratorju MSSP bi ktieb li jgħinek tgħix il-liturġija kull ħin u kull mument

Fl-aħħar jiem, l-Oratorju MSSP nieda ktieb il-ġmiel tiegħu bil-għan li jkun xhieda ta’ esperjenza ta’ komunità. Il-ktieb, ‘Living Stones’, jistqarr bir-reqqa l-liturġija kif tingħax fl-Oratorju bit-tama li jservi bħala esperjenza ta’ talb għal dak li jkun anki lil hinn mill-knisja.

Il-ktieb, fost l-oħrajn, jagħtuh il-ħajja għadd ta’ talbiet tal-missirijiet tal-Knisja kif ukoll diversi immaġni tal-ikoni li jżewwqu l-ħitan tal-Oratorju MSSP f’Birkirkara b’tali mod li meta dak li jkun imur id-dar ikun jista’ jkompli jgawdi dawn l-immaġni li jkun talab maġenbhom fil-knisja.

Matul l-aħħar 10 snin, fost l-għanijiet ewlenin tal-patrijiet tal-MSSP dak li jevanġelizzaw aktar lill-adulti b’mod speċjali permezz tal-katekeżi u tal-liturġija. F’dan l-isfond, l-Oratorju MSSP fl-aħħar snin ingħata dawra nobis fl-istruttura tiegħu bil-għan li l-knisja tkun imfassla b’tali mod li tkun aktar konformi mal-istil ta’ liturġija li l-istess Oratorju jixtieq jgħix.

‘Living Stones’ inkiteb bl-Ingliż sabiex ikun ta’ riżors anki lil hinn minn xtutna b’mod speċjali f’artijiet fejn l-MSSP twettaq ħidma sfieqa ma’ min hu fil-bżonn.

Living Stones book launch

Gepostet von Oratorju MSSP am Dienstag, 22. September 2020