L-Ordni ta’ Malta tagħti vann u klinika ta’ emerġenza għall-immigranti fil-Marsa

L-immigranti residenti fiċ-Ċentri Miftuħa tal-Marsa u Ħal Far li jgħoddu aktar minn 600 se jkunu jistgħu jagħmlu użu minn vann u clinic ta’ emerġenza. Il-preżentazzjoni taż-żewġ vetturi saret mill-Prinċep tal-Gran Ospitalier tal-Ordni ta’ Malta lill-Gvern Malti u ser jintużaw mill-aġenzija tal-gvern l-AWAS li fost oħrajn tmexxi ċ-ċentri miftuħa tal-immigranti.

L-aġenzija tal-Gvern għall-Ħarsien għall-Persuni li qed ifittxu l-Ażil, l-AWAS, ingħatat vann u klinika mobbli biex jintużaw għall-immigranti. Il-vann se jintuża biex iġorr l-immigranti għal diversi ħtiġijiet tagħhom. Il-clinic ta’ emerġenza se jintuża f’każijiet ta’ emerġenza fiċ-ċentri miftuħa kif ukoll jekk ikollna wasliet ta’ immigranti.

L-għotja saret mill-Ordni tal-Kavallieri ta’ Malta wara ftehim li sar mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin George Vella.

Il-Ministru Vella qal, “L-iskop kien fil-bidu biex meta kienu jiġu ħafna immigranti bil-baħar f’Xatt it-Tiben, ikollna post diċenti fejn l-immigranti jingħataw l-ewwel għajnuna medika biex tkun taf jekk humiex każ ta’ urġenza jew le. Imma llum bħalma tafu il-pattern tbiddel, m’għadx hemm il-kwantitajiet ġejjin f’pajjiżna bil-baħar però hemm il-bżonnijiet f’dawn l-open centers.”

Il-preżentazzjoni taż-żewġ vetturi saret mill-Gran Ospitalier fl-Ordni ta’ Malta, il-Prinċep Dominique de la Rocherfoucauld de Montbel. Huwa qal li din l-għotja hija sinjal ta’ solidarjetà ma’ Malta u tar-relazzjonijiet tajba mal-Gvern Malti.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

The Guardian sejħitlu wieħed minn tlettax il-mużew ġdid fl-Ewropa li għandek iżżur. Għall-Architecture Digest hu wieħed minn ħmistax-il mużew ta’ valur sinifikanti li qed jiftħu din is-sena. Inawġurat tmint’ijiem ilu,…

Lokali

Ħames snin wara s-suċċess tal-ewwel album tagħha ‘Hawn Jien’, il-kantawtriċi Corazon tirritorna b’album ieħor ta’ mużika oriġinali bil-Malti. Is-CD, li jismu ‘Għall-Bejgħ’, jinkludi 12-il kanzunetta li kitbet Corazon stess, b’arranġament…

Lokali

Il-mixgħela tad-dawl għall-festi tal-Milied li kienet se ssir ilejla tħassret minħabba l-maltemp li qed jaħkem lill-gżejjer Maltin illum. L-avveniment ġie pospost għal nhar it-Tnejn 19 ta’ Novembru fil-17:00.

Lokali

Żagħżugħ ta’ 24 sena mill-Iżrael wieġeb ħati li kien qed jimporta ponn tal-ħadid lejn Malta. L-arma illegali nstabet fil-bagalja tal-imputat mill-Uffiċjali tad-Dwana waqt li kien qed jivvjaġġa lejn Malta minn…

Aktar