COVID-19
“L-ordnijiet huma Vanġelu f’Singapore”

Singapore hi magħrufa bħala l-belt tal-multi. Mill-bieraħ, l-awtoritajiet f’Singapore ordnaw li jekk in-nies ma joqogħdux ‘il bogħod minn xulxin, jistgħu jeħlu sa €7,000 f’multa u 6 xhur ħabs.

Għar-riċerkatur Malti, Aaron Farrugia, li tela’ Singapore jistudja dwar il-kanċer, is-sigriet tal-pajjiż li rnexxielu jżomm l-għadd tal-imwiet baxx huwa d-dixxiplina taċ-ċittadini tiegħu li jobdu l-ordnijiet tal-awtoritajiet tas-saħħa.

F’Singapore s’issa mietu biss żewġ persuni bil-Coronavirus . . . wieħed mill-pajjiżi bl-inqas rata ta’ mwiet.

Għar-riċerkatur Malti, Aaron Farrugia, il-mawra tiegħu f’Singapore kellu tkun opportunità biex jkompli jistudja dwar il-kanċer. Iżda wara sena fil-pajjiż qatt ma basar li kellu jiltaqa’ wiċċ imb wiċċ mal-Coronavirus. Singapore kien fost l-ewwel pajjiżi fejn ġew ikkonfermati l-ewwel każijiet ta’ Coronavirus.

Għalkemm f’Singapore m’hemmx lockdown obbligatorja, l-awtoritajiet qed jesiġu li n-nies iżommu ‘l bogħod minn xulxin kemm jista’ jkun. F’Singapore jekk tinstab ħati li ma segwejtx din l-ordni, tista’ tehel sa 6 xhur ħabs u multa ta’ €7,000. F’Singapore hemm ikkonfermati 732 każ u mietu żewġ persuni bil-Covid-19.

Għal Dr Farrugia baqa’ impressjonat bid-dixxiplina tan-nies f’Singapore. Qal li l-ordnijiet tal-awtoritajiet tas-saħħa huma Vanġelu għaċ-ċittadini.

”Ma tantx jiksru l-liġi. Ħafna dixxiplinati. Jgħidu li Singapore is a Fine City. In-nies imdorrijin li jħarsu l-liġi.”

Dr Farrugia qal li kull darba li jidħol fl-appartament fejn jgħix jiċċekkjawlu t-temperatura u fuq il-post tax-xogħol obbligat li jirreġistra t-temperatura tiegħu darbtejn kuljum.

”Fuq il-website tal-Gvern jgħidu kull każ, il-kuntatti tiegħu u l-links u tkun informat tajjeb u tħossok iżjed sikur f’dan is-sens.”

Mill-banda l-oħra iżda Dr Farrugia qed iħoss in-nuqqas ta’ familtu. Kien beħsiebu jiġu Malta għal btala iżda kellu jħassar kollox.

”Diffiċli tkun ‘il bogħod mill-familja. Tipprova tibqa’ pożittiv u ma taħsibx fil-ħażin.”

Dr Farrugia appella lill-Maltin biex jaħslu jdejhom spiss u jevitaw imissu wiċċhom u għajnejhom.

 

Aħbarijiet Oħra
Solidarjetà

Sidien ta’ ħanut tal-kafè li joffri spalla għal dawk li jkunu għaddejjin minn mard serju u esperjenzi trawmatiċi issa sabu wkoll min joffri spalla lilhom. Il-ħanut Jacob’s Brew – Pay…

Temp

L-Uffiċċju Meteoroloġiku ħareġ twissija ta’ riħ qawwi. Ir-riħ mill-Majjistral it-Tramuntana, li iktar tard idur lejn il-Majjistral, ser ikun qawwi għal qawwi ħafna fuq il-Gżejjer Maltin. Din it-twissija tibqa’ fis-seħħ sas-siegħa ta’ għada…

Lokali

Il-Gvern Malti se jkompli jikkopera mal-kumplament tal-istati membri biex jkun hemm kordinament fir-rilaxx tal-miżuri, speċjalment dawk li għandhom x’ jaqsmu mal-fruntiera. F’laqgħa tal-Ministri responsabbli mill-Affarijiet Ewropej tal-istati membri fil-Mediterran, is-Segretarju…

COVID-19

Il-manifattur Ingliż tal-mediċini AstraZeneca rdoppja l-kapaċitajiet ta’ manifattura għal vaċċin potenzjali għal 2 biljun doża bid-distribuzzjoni mistennija li tibda fil-ħarifa. Bħalissa qed isiru l-provi kliniċi iżda s-sid tal-kumpanija Pascal Soriot…

Aktar