Barranin
L-organi ta’ anzjana ta’ 97 sena se jsalvaw il-ħajja ta’ nies iżgħar

Għalkemm id-donazzjoni tal-organi hija assoċjata ma’ persuni ta’ età żgħira, każ fl-Italja juri li mhux dejjem hemm limitu fuq l-età ta’ min jagħti l-organi tiegħu.

Anzjana ta’ 97 sena, li mietet b’emoraġġija, għandha organi tajba biex jintużaw minn pazjenti iżgħar.

Il-qraba tal-anzjana laqgħu t-talba tat-tobba tal-isptar ta’ Perugia biex il-fwied tagħha jingħata lil mara ta’ 64 sena li kienet qed tistenna trapjant.

L-operazzjonijiet li fihom tneħħa l-fwied tal-anzjana u ngħata lil mara 33 sena iżgħar minnha saru lbieraħ.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Ftit jiem qabel l-inawgurazzjoni tal-ftuħ ta’ lukanda f’Liverpool, ħaddiem baqa’ dieħel intenzjonalment fil-faċċata tal-binja b’digger. Diversi sorsi qed jirrappurtaw li ħaddiem li ma baqa’ ma tħallasx ta’ xogħlu mill-kuntrattur tal-lukanda…

Barranin

Franza sejħet għall-ambaxxatur Taljan wara li d-Deputat Prim Ministru Taljan Luigi di Maio akkuża lill-Franċiżi li jisfruttaw lill-Afrika u li bl-azzjonijiet tagħhom qed iwasslu għall-kriżi tal-immigrazzjoni. Nhar il-Ħadd, Luigi di…

Barranin

Fir-Renju Unit, il-membri parlamentari bdew iressqu l-proposti tagħhom għal bidliet fil-pjani għal Brexit qabel il-vot skedat għall-ġimgħa d-dieħla dwar ftehim emendat tal-Prim Ministru Theresa May. Il-Prim Ministru May mistennija tiltaqa’…

Brexit

Il-Prim Ministru tar-Renju Unit Theresa May ħabbret li fil-proċess dwar Brexit ser tikkonsulta b’mod aktar wiesa’ kemm mal-House of Commons kif ukoll mas-soċjetà taċ-ċivili biex tilħaq pożizzjoni komuni li twassal…

Aktar