Mużika
L-Orkestra Filarmonika Nazzjonali tirritorna b’kunċert għall-pubbliku

Wara pawża tas-Sajf, l-Orkestra Filarmonika Nazzjonali se tirritorna bl-impenji tagħha b’kunċert għall-pubbliku nhar il-Ġimgħa fl-akbar wesgħa fil-qalba tal-kapitali. Dettalji tħabbru f’konferenza tal-aħbarijiet li fiha l-orkestra fissret kif tul is-sena, permezz ta’ skema ta’ sħubija, se tkun ta’ spalla għall-Malta Community Chest Fund.

L-istaġun tal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta se jibda b’kunċert, Opening Notes, nhar il-Gimgħa filgħaxija f’Misraħ San Ġorġ taħt il-patroċinju tal-President George Vella.

Il-kunċert, taħt il-bakketta ta’ Michelle Castelleti, se jkun mingħajr ħlas. Fih se jindaqqu fost oħrajn siltiet mużikali ta’ Rossini, Biżet, Edward Elgar Nimrod u Arturo Márquez. Mal-orkestra ser jieħdu sehem il-mezzo soprano Clare Ghigo u s-soprano Federica Falzon.

Id-direttur mużikali tal-orkestra, Sigmund Mifsud qal li l-kunċert tal-Ġimgħa għandu l-għan li jixpruna passjoni fost il-poplu Malti għall-mużika klassika u jiġi mħajjar biex fix-xhur li ġejjin jattendi għadd ta’ kunċerti f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi u fit-Teatru Manoel.

“Il-President George Vella wera apprezzament għal din l-iskema li biha, fl-istess hin il-pubbliku se jkun qed jgħin lill-Malta Community Chest Fund, b’kontribut finanzjarju għax-xogħol li twettaq ma’ dawk l-iktar fil-bżonn.”

Il-Ministru tal-Kultura, Owen Bonnici, faħħar din il-kollaborazzjoni speċjalment għax tkompli ssaħħaħ il-firxa ta’ avvenimenti artistiċi u kulturali ma’ kawża ġusta.

Iċ-Chairman tal-Aġenzija Kulturali tal-Belt, Jason Micallef, qal li l-mod kif qed tiżviluppa l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta tagħmel parti mill-legat kulturali ta’ Valletta 2018.

Aħbarijiet Oħra
Budget

Il-Ministru għall-Finanzi, Edward Scicluna qal li l-Budget ippreżentat ilbieraħ u r-reazzjoni ġenerali għalih huma turija li l-Gvern hu konxju tal-isfidi, l-opportunitajiet u l-ħtiġijiet tan-nies. F’konferenza tal-aħbarijiet l-għada tal-Budget, il-Ministru Scicluna…

Saħħa

Kull sena f’Malta jfeġġu madwar 20 każ ta’ kanċer fit-testikoli. Hu stmat li kull sena jmutu żewġt irġiel b’dan il-kanċer. Stħarriġ li sar ix-xahar li għadda wera li tnejn minn…

Kronaka

Lejlet it-tieni anniversarju mill-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia tnieda rapport imħejji minn Reporters Without Borders u The Shift News dwar ċ-ċirkostanzi li fihom seħħ il-qtil, l-investigazzjoni li saret dwaru, ir-reazzjoni…

Immigrazzjoni

iL-Forzi Armati kienu Involuti f’salvataġġ ieħor ta’ immigranti fl-ibħra fir-responsabbilà ta’ Malta. 76 immigrant illejla ddaħħlu b’patrol boat fil-kwartieri tal-Iskwadra Marittima f’Xatt it-Tiben. Fost l-immigranti kien hemm 15-il mara, b’uħud…

Aktar