Lokali
L-Orkestra Filarmonika ta’ Malta b’sensiela ta’ kunċerti barra minn xtutna

Biex timmarka l-50 sena mit-twaqqif tagħha, l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta ser tagħti sensiela ta’ kunċerti fosthom fl-Istati Uniti u r-Russja. Madankollu, l-ewwel kunċert se jsir f’Malta stess fl-24 ta’ Novembru f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi.

It-tour fl-Istati Uniti u r-Russja, se jsir bejn is-27 ta’ Novembru u s-7 ta’ Diċembru meta l-Orkestra taħt id-direzzjoni ta’ Sergey Symbatyan, se tiftaħ b’Rebbiegħa, poeżija sinfonika miktuba mill-kompozittur Għawdxi Joseph Vella. Wara, se jingħaqad mal-orkestra l-pjanist Awstrijak Ingolf Wunder, li flimkien mal-orkestra se jdoqq Travel Notebook ta’ Alexey Shor u l-Fifth Symphony ta’ Dmitri Shostakovich.

F’konferenza tal-aħbarijiet, ingħataw dettalji tat-tour internazzjonali li ser jieħu lill-Orkesta Filarmonika Nazzjonali f’uħud mill-aktar teatri prestiġjużi fid-dinja fosthom f’Carnegie Hall fi New York.

Fl-Istati Uniti se ddoqq ukoll f’Philadelphia u f’Washington filwaqt li fir-Russja se jkollha kunċerti f’Moska u San Pietruburgu. Dan it-tour għandu l-appoġġ tal-European Foundation for Support of Culture u tal-Fondazzjoni Valletta 2018.

Il-Ministru responsabbli mill-Kultura, Owen Bonnici qal li b’dan it-tour, l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta qed terġa’ tikteb l-istorja billi tesponi t-talenti tagħha f’pjattaforma internazzjonali.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Il-Pulizija rringrazzjat lill-pubbliku tal-għajnuna li ta biex jinsab Clive Agius li kien qed imfittex mill-Pulizija fuq ordni tal-Qorti, Clive Agius għandu 34 sena u jirrisjedi l-Floriana u qe djinżamm mill-Pulizija…

Kronaka

Anzjan ta’ 67 sena minn San Pawl il-Baħar weġġa’ gravi wara li waqa’ minn fuq l-irdum ta’ Għajn Tuffieħa. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-13:45, bil-Pulizija u l-AFM marru minnufih fuq il-post…

Ambjent

Id-diskussjoni u d-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għall-pompa tal-petrol fil-Magħtab, limiti tan-Naxxar, mhux se ssir għada minħabba li llum ġiet ippreżentata kawża fil-Qorti f’dan ir-rigward. Fi stqarrija maħruġa mill-Awtorità tal-Ippjanar intqal li…

Toroq

Qed jiġi rrappurtat li hemm traffiku kbir fl-inħawi tal-Floriana, il-Pietà, l-Imsida u Ta’ Xbiex. Jidher li l-karozzi jinsabu mwaħħlin fit-traffiku anke fil-Marsa, fi Triq Diċembru 13, Triq Aldo Moro u…

Aktar