Ċinema
L-udjenza ta’ Spazju Kreattiv kważi tirdoppja tul is-sena li għaddiet

Tul is-sena li għaddiet il-persuni li marru jaraw xi film fiċ-Ċinema ta’ Spazzju Kreattiv kważi rrdopjaw u laħqu madwar 19,000 persuna.

Il-Koordinatur tal-programm taċ-Ċinema, Cathleen Tanti qalet li kellhom żieda ta’ 8,800 ruħ is-sena l-oħra. Hija qalet li lokalment hawn ħafna interess.

“Is-sena l-oħra żidna ħafna films u tipi differenti bħal dokumentarji u exhibition on screens li huma dokumentarji minn ħafna pajjiżi differenti nuru wkoll live via satellite r-Royal Shakespeare Company, fl-istess waqt nuru films iżgħar minn madwar id-dinja bħal Brażil, l-Awstralja u pajjiżi oħra.”

Is-Sinjura Tanti qalet li fi tmiem il-ġimgħa li ġej se jiġi organizzat il-Valletta Film Festival Weekend ġewwa ċ-ċentru ta’ arti ta’ Spazju Kreattiv.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Dalgħodu, għall-ħabta tas-6:30, raġel Malti ta’ 72 sena nstab mejjet fiċ-ċella tiegħu. B’dan il-każ ġew infurmati minnufih il-pulizija tad-distrett biex jinvestigaw, u nħatret inkjesta bil-Maġistrat tal-Għassa, kif ukoll inkjesta interna.

Lokali

Tħabbret il-mewt taċ-Chairman tal-Bord tal-Housing Affordabbli,  Joseph Bartolo. Magħruf ukoll bħala l-Isloopy, Bartolo kien ukoll consulent fil-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali. Bosta qalu li se jibqgħu jiftakruh bħala riformatur soċjali u bejjiegħ…

Lokali

Il-membri tas-soċjetà tal-minjaturi ta’ bosta inġenji mibnija bi preċiżjoni u dedikazzjoni li teħtieġ paċenzja ta’ Ġobb qed itellgħu l-wirja annwali tagħhom ġewwa l-Mużew Marittimu fil-Birgu. L-wirja fiha kollezzjoni impressjonanti ta’…

Aktar