Immigrazzjoni
L-UE b’aġenzija biex l-istati membri jiġu megħjuna aħjar jiffaċċjaw l-immigrazzjoni

Il-European Asylum Support Office (EASO) se jinbidel fil-European Union Agency for Asylum (EUAA).

Dan wara li għadu kemm intlaħaq qbil bejn il-Presidenza Portugiża tal-Kunsill tal-UE u l-Parlament Ewropew.

Din il-bidla se twassal biex, fost oħrajn, se jkun hemm 500 espert – inkluż interpreti – biex jgħinu lill-pajjiżi membri jittrattaw l-applikazzjonijiet li jirċievu għall-ażil.

Il-ftehim milħuq irid ikollu l-appoġġ tal-Kunsill tal-UE u tal-Parlament Ewropew qabel jidħol fis-seħħ.

Mir-rapport tal-EASO li nħareġ illum jirriżulta li fl-2020 l-applikazzjonijiet għall-ażil fil-pajjiżi tal-UE naqsu bi 32% fuq l-2019.

 

Ara wkoll:

 

L-immigranti li applikaw għall-ażil f’Malta naqsu bi kważi 40%