LGBTIQ
L-UE b’passi kontra l-Ungerija u l-Polonja fuq il-kwistjoni-LGBTIQ

Il-Kummissjoni Ewropea fetħet azzjoni legali fil-konfront tal-Ungerija u l-Polonja fejn qed takkużahom li kisru d-drittijiet fundamentali tal-komunità LGBTIQ.

Kienet il-KE stess li llum ħabbret kif fetħet proċeduri ta’ ksur fil-konfront tal-imsemmijin żewġ pajjiżi.

Dwar l-Ungerija qalet li din adottat liġi li żżomm kontenut u kotba li jittrattaw persuni LGBTIQ.

Fir-rigward tal-Polonja qed issostni li naqset li tieħu passi xierqa meta reġjuni fil-pajjiż daħħlu dawk li ssejħu “LGBT-ideology free zones”.

Iż-żewġ pajjiżi għandhom xahrejn bie iressqu l-pożizzjoni tagħhom u wara l-KE tista’ toħroġ b’opinjoni li tista’ tkun segwita wkoll minn passi fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE.