Immigrazzjoni
L-UE għandha tieqaf tagħti fondi lil-Libja biex tindirizza l-immigrazzjoni – MEPs

Fl-isfond ta’ ġlied u instabbilità fil-Libja, kumitat tal-Parlament Ewropew sejjaħ lill-Unjoni Ewropea biex twaqqaf l-għajnuna li qed tagħti lil-Libja biex timmaniġġja l-migrazzjoni u għat-taħriġ tal-gwardja tal-kosta tagħha għaliex il-kumitat LIBE qal li qed jinkisru d-drittijiet tal-bniedem tal-immigranti u dawk li jfittxu l-ażil.

F’dibattitu fil-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern ma’ rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea, tal-Frontex, tal-UNHCR, tal-Kunsill tal-Ewropa u tal-NGOs, il-maġġoranza tal-membri insistew li l-Libja mhix “pajjiż sikur” għall-iżbark ta’ nies salvati fuq il-baħar u talbu li tieqaf l-koperazzjoni mal-gwardja tal-kosta Libjana.

Il-parti l-kbira tal-kelliema rrikonoxxew l-isfidi li jiffaċċjaw il-pajjiżi tal-fruntiera li jirċievu l-biċċa l-kbira tal-immigranti partikolarment l-Italja u Malta, li din is-sena diġà laqgħu aktar minn erbat elef immigrant. Ewroparlamentari oħra għamluha ċara li l-istati membri għandhom id-dritt li jipproteġu l-fruntieri tagħhom, speċjalment f’nofs kriżi tal-pandemija. Oħrajn iżda kkritikaw l-għeluq tal-portijiet u saħqu li n-nies jitħallew jegħrqu ma tistax titqies soluzzjoni.

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Malti li jgħix l-Istati Uniti fl-aħħar sigħat esperjenza mill-qrib il-vjolenza u l-protesti li qed isiru f’diversi ibliet Amerikani wara l-qtil tal-Afro Amerikan George Floyd. Joseph Vassallo li ilu jgħix f’Santa…

COVID-19

Konsulent ewlieni tal-ġenetika jemmen li fi żmien ġimagħtejn oħra l-coronavirus jekk nibqgħu attenti jaf jisparixxi minn Malta. Il-Professur Christian Scerri qal li issa li se jitneħħew aktar miżuri restrittivi, importanti…

Pulizija

Iż-żgħażagħ Andre’ Mifsud u Kelsey Bugeja huma fost is-sitta u erbgħin rekluta li bdew taħriġ intensiv fl-akkademja tal-forzi dixxiplinati biex iservu bħala kuntistabbli. Oħrajn se jingħataw iċ-ċans japplikaw f’sejħa li…

COVID-19

Lura għan-normalità, iżda fadal xi ftit miżuri li se jibqgħu fis-seħħ fosthom il-limitazzjonijiet fl-operat tad-diskoteki li huma l-kalamita speċjalment għal ġenerazzjoni żagħżugħa. Organizzaturi ta’ festini mfittxija minn eluf f’Malta qalu…

Aktar