Barranin
L-UE se tkun aktar stretta fir-regolamenti dwar l-esportazzjoni tal-vaċċin tal-Covid-19

L-Unjoni Ewropea se tkun iżjed stretta fir-regolamenti dwar l-esportazzjoni tal-vaċċini tal-Covid fl-isfond ta’ tilwima mal-kumpanija AstraZeneca dwar tnaqqis sostanzjali fil-provvisti tal-vaċċini li se jipprovdu lis-27 pajjiż.

Il-Kummissarju tas-Saħħa Stella Kyriakides qalet li l-Unjoni Ewropea se tieħu kwalunkwe azzjoni li jidhrilha li għandha tieħu biex tipproteġi liċ-ċittadini tagħha.

Il-provvisti mnaqqsa se jolqtu wkoll li-Renju Unit minħabba li l-vaċċin tal-Pfizer-BioNTech kien approvat ukoll fir-Renju Unit.

L-AstraZeneca kienet ikkommettiet ruħha li tissupplixxi madwar tmenin mljun doza lis-27 pajjiż tal-Unjoni Ewropea sa Marzu imma fl-aħħar jiem qalet li l-provvista se tkun mnaqqsa b’sittin fil-mija fl-ewwel kwart tas-sena għall-31 miljun doża ta’ vaċċin.