Barranin
L-UE tikkunsidra li mill-1 ta’ Lulju li ġej tiftaħ il-fruntieri esterni tagħha iżda mhux għal ċittadini mill-Istati Uniti

L-Unjoni Ewropea qed tikkunsidra li mill-1 ta’ Lulju li ġej tiftaħ il-fruntieri esterni tagħha iżda mhux għal ċittadini mill-Istati Uniti. Numru ta’ pajjizi Ewropej jinsabu ħerqana biex jinfetħu l-fruntieri iżda oħrajn qed jaħsbuha darbtejn minħabba l-firxa tal-coronavirus.

Is-27 pajjiż tal-Unjoni Ewropea jridu jaqblu dwar il-miżuri li ser jittieħdu fil-konfront ta’ persuni li jaslu minn barra biex wara jkun deċiż mil-liema pajjiżi jistgħu jitħallew jidħlu n-nies.

Intant, il-Fond Monetarju Intnernazzjonali qed ibassar li din is-sena l-attività ekonomika tiċkien b’madwar ħamsa fil-mija, kważi d-doppju tat-tbassir li sar f’April. Il-Fond qed ibassar li l-ekonomija fir-Renju Unit mistennija tiċkien b’għaxra fil-mija, iżda l-ekonomiji tal-Italja, Franza u Spanja se jmorru agħar.

Aħbarijiet Oħra
Safar

Malta, Franza, Spanja, l-Italja u l-Ġermanja huma fost il-pajjiżi Ewropej li r-Renju Uniti iqis bħala pajjiżi b’riskju baxx. Tħallew barra pajjiżi bħall-Iżvezja, l-Istati Uniti u l-Brażil minħabba l-għadd għoli ta’…

Barranin

Jean Castex hu l-Prim Ministru l-ġdid ta’ Franza. Dan wara li Édouard Philippe rreżenja mill-kariga li kienu ilu jservi 3 snin. Dan l-iżvilupp seħħ wara li l-Partit ta’ Macron mar…

COVID-19

Riċerkaturi fl-Università Federali ta’ Santa Catarina fil-Brażil ħabbru li f’Novembru li għadda sabu l-preżenza ta’ coronavirus f’kampjun tad-drenaġġ, li ttieħed minn Florianopolis, il-kapitali ta’ Santa Catarina fin-Nofsinhar tal-Brażil. Dan ifisser…

Barranin

L-awtoritajiet Amerikani approvaw sanzjonijiet ġodda kontra ċ-Ċina minħabba liġi ġdida ta’ ndħil dwar is-sigurtà f’Hong Kong. Din il-liġi kienet ikkundannata mill-komunità internazzjonali. Il-miżuri tal-Gvern Amerikan li għaddew bi qbil assolut…

Aktar