MEUSAC
L-UE tipproteġi l-vittmi ta’ attakki onlajn

L-avvanzi mgħaġġla fit-teknoloġija fl-aħħar snin ġabu benefiċċji kbar għas-soċjetà moderna. L-iżviluppi fit-teknoloġija onlajn, bħall-internet, issarrfu f’possibiltajiet bla limiti ta’ aċċess għall-informazzjoni u ta’ komunikazzjoni. U għaliex huma aċċessibbli għal kulħadd, bidlu l-mod ta’ kif nikkomunikaw u ninteraġixxu ma’ xulxin b’mod immedjat, inkunu fejn inkunu.

Fl-istess ħin, bħalma jiġri dejjem, l-avvanzi fit-teknoloġija jistgħu jintużaw b’mod ħażin u qarrieq minn persuni kriminali. Fl-aħħar snin, fl-Ewropa biss, l-użu malizzjuż tas-software affettwa eluf ta’ nies. Fl-2018, iktar minn 600,000 persuna li użaw l-internet spiċċaw vittmi tal-prattika hekk imsejħa ransomware. F’din il-prattika, persuni kriminali jisirqu dokumenti u informazzjoni mill-kompjuters u apparat ieħor tat-teknoloġija ta’ persuni oħra u jhedduhom li jekk ma jħallsux somma flus, jistgħu jinsew l-informazzjoni li kellhom għax ma jierġax jingħatalhom aċċess għaliha. Għalkemm normalment, il-vittmi ta’ dan l-att kriminali jkunu individwi, ġew affettwati wkoll negozji u entitajiet tal-gvern.

B’rispons għaż-żieda qawwija ta’ ransomware, il-Europol – l-aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-infurzar tal-liġijiet – qed taħdem qatigħ biex tindirizza l-problema. L-Europol hija bbażata f’The Hague, l-Olanda u taħdem f’kordinament sħiħ mal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea biex tipproteġi liċ-ċittadini u n-negozji minn attakki ta’ terroriżmu, ċiberkriminalità u forom oħra ta’ kriminalità organizzata.

L-Europol, flimkien ma’ msieħba oħra, fosthom il-Pulizija tal-Olanda, u l-kumpaniji McAfee u Kaspersky Lab nidew il-websajt No More Ransom. Permezz ta’ din il-websajt, il-vittmi ta’ ransomware jingħatawlhom il-kodiċi biex jerġa’ jkollhom aċċess għall-informazzjoni li kellhom mingħajr ma jħallsu l-flus li jkunu ntalbu. Grazzi għal din l-inizjattiva, sa mit-tnedija tagħha fl-2016, iktar minn 200,000 vittma ta’ ransomware setgħu jiksbu lura l-informazzjoni privata tagħhom.

Bħala ċittadini, huwa ta’ serħan il-moħħ li nkunu nafu li l-Unjoni Ewropea għandha strutturi li jgħinu lill-Istati Membri jikkumbattu l-kriminalità li kieku jkun iktar diffiċli li jikkumbattuha waħidhom u bir-riżorsi tagħhom biss.

Min-naħa l-oħra, hu xorta waħda importanti li nieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa meta nużaw l-internet u teknoloġija oħra. Il-Europol stess tħeġġiġna li nagħmlu back-up regolari tal-informazzjoni u li jkollna software ta’ kontra l-viruses.

Fl-aħħar mill-aħħar, l-iktar importanti hu li wieħed jinforma lill-awtoritajiet immedjatament jekk jingidem jew jiltaqa’ ma’ xi każ ta’ ransomware.

Dan it-tagħrif miġbur minn:

Aħbarijiet Oħra
Kostruzzjoni

Il-Gvern qed jikkunsidra diversi alternattivi għall-isfida tal-iskart tal-kostruzzjoni. Il-Prim Ministru Joseph Muscat insista li fl-immedjat, l-industrija tal-kostruzzjoni trid terfa’ r-responsabbiltà tagħha. Żied jgħid li jridu jinstabu soluzzjonijiet aktar fit-tul fost…

Qorti

Il-mara mis-Serbja li iktar kmieni din is-sena nstabet ħatja li ħaqret żewġ anzjani sakemm mietu, kellha l-piena ta’ ħabs imnaqqsa mill-Qorti tal-Appell. F’April li għadda Dragana Mijalkovic kienet ikkundannata ħames…

Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, appella lill-Gvern biex jgħin bi kwalunkwe mod possibbli biex itaffi xi ftit mill-piżijiet finanzjarji meħtieġa biex jitmexxa s-santwarju tal-Arka ta’ Noe fil-Mellieħa fejn…

Politika

Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, George Hyzler, ikkonkluda li stqarrija li l-Ministru għall-Ġustizzja, Owen Bonnici ħareġ, permezz tad-Dipartiment tal-Informazzjoni, ma kinitx tikser il-kodiċi ta’ etika. Il-Kummissarju Hyzler investiga ilment imressaq mill-Avukat…

Aktar