Barranin
L-UE titlob lill-awtoritajiet tal-Belarus biex jeħilsu lil dawk li qed jinżammu arrestati fuq raġunijiet politiċi

L-Unjoni Ewropea talbet lill-awtoritajiet tal-Belarus biex jeħilsu lil dawk kollha li qed jinżammu arrestati fuq raġunijiet politiċi u li l-arrest tagħhom sar kemm qabel u wkoll wara l-elezzjonijiet presidenzjali.

L-Unjoni Ewropea kompliet tgħid qed tippjana sanzjonijiet għal dawk kollha responsabbli għall-vjolenza, u falsifikazzjoni tar-riżultat elettorali.

Maria Kolesnikova, mill-Oppożizzjoni tal-Belarus ma dehritx iktar wara li lbieraħ dehret l-aħħar qed tiddaħħal f’minibus. Hi kienet waħda minn tliet nisa li ngħaqdu biex flimkien jisfidaw ir-riżultat elettorali li f’Awwissu li għadda reġa ra lill-President Alexander Lukashenko fil-poter.

Aħbarijiet Oħra

Il-President Amerikan Donald Trump ħallas biss $750 f’taxxi fuq id-dħul tiegħu fl-2016. Rapport fuq in-New York Times, li kisbet aċċess għal informazzjoni li tmur lura aktar minn 20 sena, jgħid…

Fil-Venezwela kważi 200 persuna li jaħdmu bħala paramediċi fil-qasam tas-saħħa tilfu ħajjithom minn Marzu ‘l hawn kawża tal-imxija tal-Covid-19. Fil-Venezwela nstabu mil-lanqas 68,000 persuna li kellhom il-Coronavirus li minnhom tilfu…

Il-votanti fl-Iżvizzera vvutaw kontra l-proposta li jiġu fi tmiemu ftehim mal-Unjoni Ewropea dwar il-moviment ħieles tal-persuni. Skont SRF, ir-riżultat tar-referndum se jkun 63% b’37%. L-Iżvizzera mhijiex membru tal-Unjoni Ewropea, imma…

Il-forzi tal-Armenja u l-Ażerbajġan qed jiġġieldu dwar ir-reġjun Nagorno-Karabakh, u twaqqa’ tal-inqas ħelikopter wieħed tal-Ażerbajġan. L-Armenja qalet li l-Ażerbajġan beda jattakkaha mill-art u mill-ajru u wara ddikjarat l-liġi marzjali. Min-naħa…

Aktar