Barranin
L-UE tittama li ma jitniżżilx fl-istorja bħala “Mr No Deal”

Il-President tal-Kunsill Ewropew, Donald Tusk wissa lill-Prim Ministru Ingliż, Boris Johnson li mhux se jikkoopera b’no-deal Brexit.

Tusk qal ukoll li qed jittama li Johnson ma jitniżżilx fl-istorja bħala “Mr No Deal”.

Dan qalu fil-ftuħ tad-diskors li ta waqt is-Summit G7 fi Franza filwaqt li qal li l-UE hija disposta li tisma’ l-ideat li huma realistiċi u aċċettabbli lill-Membri Stati kollha inkluż l-Irlanda.

Il-Prim Ministru insista li r-Renju Unit ma jibqax parti mill-UE sa mill-31 ta’ Ottubru li ġej.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Uffiċjali tas-saħħa Ċiniżi ppubblikaw id-dettalji preliminari tal-iżjed studju estensiv dwar il-coronavirus li stħarreġ iżjed minn sebgħin elf każ tal-virus. Informazzjoni miċ-ċentru Ċiniż għall-kontroll tal-mard u l-prevenzjoni, ic-CCDC sab li iżjed…

Barranin

Mal-10,000 raġel fil-Ġappun niżlu fl-ilma f’kesħa xxoqq il-għadam, f’kompetizzjoni tradizzjonali li tmur lura mal-500 sena. Fil-festival Hadaka Matsuri, l-irġiel jilbsu biss biċċa ċarruta bajda u jinġabru f’tempju biex jilqgħu r-rebbiegħa….

Barranin

Il-kantant ta’ fama mondjali, Sir Elton John, kellu jtemm ħesrem kunċert fi New Zealand, hekk kif tilef leħnu meta kien fuq il-palk. Ilbieraħ Elton John kien qed ikanta f’Auckland bħala…

Barranin

Il-maltempata mlaqqma Dennis, li hija t-tieni waħda li laqtet ir-Renju Unit f’temp ta’ ġimgħa, qed tagħmel ħerba sħiħa f’għadd ta’ postijiet, b’servizzi ta’ trasport imħassra u persuni evakwati minn djarhom….

Aktar