Barranin
“L-UE trid tiġbed ħabel wieħed fil-kriżi tal-Afganistan”

Il-Kummissarju Ewropew għall-Intern, Ylva Johansson, appellat lill-istati membri tal-Unjoni Ewropea biex fil-kriżi tal-Afganistan jiġbdu ħabel wieħed biex fi kliemha tkun evitata traġedja umana – kif kien ġara sitt snin ilu fil-kriżi tal-immigrazzjoni tas-Sirja. Il-Kummissarju Johansson kienet qed titkellem waqt konferenza organizzata mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Immigrazzjoni f’għeluq l-10 snin mindu bdiet topera minn Malta.

Fl-eqqel tas-sajf li għadda, l-Afganistan kien fost l-iktar pajjiżi mnejn l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Immigrazzjoni rċeviet talbiet għal kenn minn ċittadini ta’ pajjiżi terzi. Il-pajjiżi l-oħra kienu s-Sirja, it-Turkija, il-Pakistan u l-Iraq. F’Lulju, l-EASO rċeviet iktar minn 50,000 applikazzjoni mingħand persuni jitolbu kenn fi stati membri tal-Unjoni Ewropea.

F’għeluq l-10 snin mindu l-aġenzija bdiet topera mill-uffiċini tagħha fil-Belt, id-Direttur Eżekuttiv tal-EASO, Nina Gregori, qalet li s-sena d-dieħla se jiżdiedu għal 500, il-ħaddiema mal-aġenzija fosthom biex l-istati membri jingħataw iktar appoġġ fl-ipproċessar tal-applikazzjonijiet ta’ kenn minn pajjiżi terzi.

“We’ll also be present in the third countries and will be able to enhance our capacities there. We will be able to deploy our liaison officers and will be able to support operationally even more.”

L-Unjoni Ewropea toħroġ €150 miljun fis-sena għal din l-aġenzija.

Il-Kummissarju Ewropew għall-Intern, Ylva Johansson, irreferiet għall-kwistjoni tal-immigrazzjoni illegali u qalet li r-responsabbiltà għandha tinġarr mill-istati membri kollha biex fi kliemha tkun evitata traġedja oħra kif ġara fil-kriżi tal-immigrazzjoni fis-Sirja fl-2015.

“We always need to manage migration together. With the countries of origin. Countries of transit. Countries of departure. And I think now we have the chance to show that we will not face the situation we had in 2015 where we as a European Union acted too late.”

Il-President George Vella faħħar ħidmet l-EASO li sejħilha storja ta’ suċċess fl-appoġġ lill-immigranti iżda daqstant ieħor wera ruħu diżappuntat bin-nuqqas ta’ qbil bejn il-gvernijiet tal-Unjoni Ewropea dwar l-immigrazzjoni. Wissa, li jekk jippersistu l-firdiet bejn l-istati membri dwar din il-kwistjoni, għal darb’oħra se jiġri li l-pajjiżi l-aktar esposti jitħallew ifendu għal rashom. Għal Dr Vella, il-Libja tibqa’ ħolqa importanti biex tkun missielta l-immigrazzjoni illegali.

“Libya is cooperating. And this is clearly reflected through the interception of more than 21,000 persons so far in 2021. Malta is also doing its parts. The various reforms being put in place to improve our procedures and increase returns. However, arrivals remain dependent on the cooperation with the Libyan authorities. We need to assure Libya of our continued support and back-up our promises with targeted actions.”

L-EASO hi l-unika aġenzija tal-Unjoni Ewropea bbażata f’Malta fejn timpjega 450 persuna. Il-maġġoranza huma barranin. L-EASO għandha wkoll madwar 2,000 persuna oħrajn ibbażati f’sitt stati membri oħrajn – l-Italja, il-Greċja, Ċipru, Spanja, il-Latvja u l-Litwanja. Mis-sena d-dieħla, l-Aġenzija se tbiddel isimha u se tassumi funzjonijiet ġodda.