Lokali
AĠĠORNAT: Lura għan-normal is-servizz tal-Uffiċċju tal-Kondotti

Ġie lura għan-normal is-servizz tal-Uffiċċju tal-Kondotti.

Aktar kmieni, il-Pulizija avżat li temporanjament l-Uffiċċju tal-Kondotti mhux qed joħroġ Ċertifikati tal-Kondotti minħabba li kien hemm problemi tekniċi fis-sistema.

Fuq il-mezzi soċjali, il-Pulizija qalet li għal mistoqsijiet relatati ma’ servizzi oħra offruti minn dan l-uffiċċju jekk jogħġobkom għamlu kuntatt permezz tat-telephone 2294 2261/2/3.