Toroq
L-Uffiċċju tal-Ombudsman ma sabx amministrazzjoni ħażina fl-iżvilupp tal-bypass tal-Mellieħa

Il-Kummissarju għall-Ambjent u l-Ippjanar fl-uffiċċju tal-Ombudsman ma sabx li kien hemm amministrazzjoni ħażina mill-awtoritajiet konċernati fl-iżvilupp ta’ Triq Louis Wettinger f’Ta’ Masrija, magħrufa bħala l-bypass tal-Mellieħa.

Dan joħroġ mir-rapport tal-investigazzjoni li wettaq il-Kummissarju għall-Ambjent u l-Ippjanar il-Perit Alan Saliba li tpoġġa fuq il-Medja tal-Kamra tar-Rappreżentanti fis-seduta tal-lum.

Fir-rapport tiegħu, il-Perit Saliba stħarreġ tliet awtoritajiet b’rabta mal-ilment li sar f’April tas-sena l-oħra dwar l-iżvilupp ta’ din it-triq ewlenija fil-Mellieħa – dawn huma l-Awtorità tal-Artijiet, l-Awtorità tal-Ippjanar u Transport Malta.

Dwar l-Awtorità tal-Artijiet, mill-investigazzjoni ma jirriżultax li l-linja tal-bini ħarġet fuq art pubblika, bis-service road tinsab bejn l-art tal-iżviluppaturi u l-art pubblika billi mhux permess ħruġ dirett għall-bypass.

Ħareġ ukoll li l-Awtorità tal-Ippjanar mir-rapport tal-Perit Saliba ma jirriżultax li kien hemm xi proċessi vvizzjati għax it-tibdil li sar fit-triq mexa mal-prassi wżata minn din l-entità.

Jirriżulta wkoll li wara li tqajmu xi lmenti mir-residenti dwar kif kienet se tiġi żviluppata t-triq, Transport Malta ddeċidiet li flok karreġġjata u cycle lane southbound u żewġ karreġġjati northbound skont l-applikazzjoni approvata, biddlet it-triq għal żewġ karreġġjati southbound.

Ara wkoll:

Il-bini tal-bypass tal-Mellieħa għandu jkun lest sal-bidu tas-Sajf

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia akkuża lill-Gvern li tilef ir-ruħ soċjali tiegħu, u li qed itellef lil pajjiż mill-fibra morali, tant li fi kliemu sar pajjiż li fih xi ħadd…

Politika

Il-Prim Ministru u l-Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat, qal li issa huwa ż-żmien biex ikun hemm diskussjoni serja dwar l-integrazzjoni biex kulħadd iħossu ugwali. Dr Muscat qal li dan huwa…

Kultura

Festival ta’ films kontemporanji Taljani se jkun organizzat bejn għada u l-Ħadd li ġej mill-Istitut Taljan tal-Kultura b’kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv u l-Programm għall-Istudji tal-Film tal-Università ta’ Malta. Cinema Italia…

Saħħa

Il-kumpanija tal-Gvern Malta Air Travel ippubblikat sejħa għall-proposti biex jinstab operatur għas-servizz tal-ajru bejn Għawdex u Malta. Fi stqarrija konġunta bejn il-Ministeru tat-Turiżmu u l-Ministeru għal Għawdex intqal li l-ħelikopter…

Aktar