Lokali
L-Uffiċċju tal-President b’simpożju biex isaħħaħ id-diplomazija kulturali

Il-President George Vella ħaseb biex isaħħaħ id-diplomazija kulturali b’sensiela ta’ taħdidiet u diskussjonijiet f’forma ta’ simpożju dwar ir-relazzjonijiet bejn Malta u diversi pajjiżi oħra

L-ewwel simpożju se jinżamm nhar il-Ġimgħa li ġej bil-pubbliku huwa mħeġġeg jipparteċipa online.

L-għan wara dan is-simpożju huwa biex l-istudjużi, artisti u riċerkaturi jerġgħu jibdew jitlaqqgħu flimkien biex janalizzaw dak li seħħ matul iż-żmien.

L-ewwel simpożju ser jsir b’kollaborazzjoni mal-Gvern Franciż u fost it-temi diskussi hemm l-arkivji, iż-żmien ta’ Napuljun Bonaparte, ir-relazzjoni bejn il-Franċiżi u l-Ordni ta’ Malta fit-18-il seklu flimkien mal-perjodu tal-kolonjali Ingliz u r-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi.

Id-diskussjoni ser tiffoka fuq l-interazzjoni bejn l-arti, ix-xjenza u l-kultura fid-dawl tal-Inginerija Militari Franciza, l-awtur u t-traduzzjonijiet.

Fis-simpożju ser jintervjenu tliet artisti Maltin li jghixu Franza Karl Fiorini, Brian Schembri u Sandro Zerafa waqt li se tkun trattata wkoll it-tema tal-migrazzjoni tal-Maltin lejn Franza u pajjizi Afrikani li kienu kolonja Franciza.

Il-konsulent kulturali fl-Ufficcju tal-President, Dr Sandro Debono, spjega li l-kultura ssahhah ir-relazzjonijiet bejn il-popli.

“Fis-simpożju li se jittella’ nhar il-Ġimgha se jieħdu sehem żewġ studjużi Maltin kif ukoll Francizi. L-iskop ovvjament kemm diplomazija kulturali li aħna nfittxu elementi u aspetti storiċi komuni u kulturali ukoll li jgħaqqdu ż-żewġ pajjiżi imma wkoll huwa mument ta’ skambju bejn studjużi u riċerkaturi li ħafna drabi jkunu qed jaħdmu fuq l-istess temi u suġġetti imma li forsi ma jkollhomx kuntatt bejniethom”.

Fis-simpożju l-pubbliku se jkun mistieden jippartecipa billi mhux biss jintervjeni jew anke jistaqsi domandi.