Lokali
L-uffiċċju taż-żwiġijiet, tal-Caritas u t-Tribunali Ekkleżjastiċi jiftħu għall-pubbliku minn għada

Minn għada l-Ġimgħa, 5 ta’ Ġunju 2020, il-Kurja tal-Arċisqof, inkluż l-Uffiċċju Żwiġijiet u l-uffiċċju ċentrali tal-Caritas, il-Furjana, u t-Tribunali Ekkleżjastiċi fil-Belt Valletta, se jerġgħu jiftħu għall-pubbliku.

Bħala miżura ta’ prekawzjoni li tħares is-saħħa u s-sigurtà tal-pubbliku u tal-impjegati, kull min għandu bżonn iżur dawn l-uffiċċji qed jintalab jagħmel appuntament, kif ukoll jilbes maskra/visor fil-ħin li jkun fil-bini.

Għal aktar tagħrif wieħed jista’ iċempel fuq 25906238 mit-Tnejn sal-Ġimgħa, bejn id-9:00 a.m. u l-4:00 p.m., jew jibgħat email fuq [email protected]

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi ħatar inkjesta skont il-liġi bil-għan li tistabilixxi l-fatti b’rabta ma’ każ fejn priġunier li ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest, kien rilaxxat mill-ħabs u deher…

Lokali

Il-Maltapost qalet li l-ħidma tagħha għadha ma ġietx lura għan-normal riżultat fost l-oħrajn ta’ tnaqqis b’aktar min-nofs fit-titjirjiet kummerċjali, iż-żieda fix-xiri online u l-akkumulazzjoni ta’ posta f’tliet pajjiżi Ewropej. Il-Maltapost…

COVID-19

Tħassar ukoll il-kunċert ta’ Joseph Calleja li din is-sena kellu jsir fl-4 ta’ Settembru fuq il-Fosos tal-Furjana u li issa mistenni jsir f’format differenti. NnG Promotions, l-organizzaturi tal-kunċert li bħala…

Annimali

Ilbieraħ, il-BirdLife Malta ġabret għasfur pjuttost rari li huwa sottospeċi Mediterranja tal-Bies, li nstab ferut b’tiri ta’ senter fl-Għarb, Għawdex. Fi stqarrija, il-BirdLife qalet li l-għasfur instab minn familja li…

Aktar