Barranin
L-uffiċjali tal-WHO jaslu f’Wuhan – tibda l-investigazzjoni dwar l-oriġini tal-pandemija

10 Uffiċjali tal-WHO waslu fil-belt Ċiniża ta’ Wuhan biex jibdew jinvestigaw l-oriġini tal-Covid-19, wara li ftit tal-ġimgħat ilu ma rnexxilhomx jidħlu fil-pajjiż.

Din l-investigazzjoni tant mistennija bdiet wara xhur ta’ negozjati bejn il-WHO u Beijing.

Il-wasla tal-uffiċjali ħabtet mas-sejba ta’ każijiet ġodda ta’ Covid-19 fiċ-Ċina, b-uffiċjali jinsabu fi kwarantina mandatorja qabel jibdew ir-riċerki tagħhom.