Teknoloġija
L-uġigħ tal-pazjenti għad jonqos permezz tal-intelliġenza artifiċjali – akkademiku mill-Università

Bħalissa, l-Università ta’ Malta qed twettaq riċerka dwar kif pazjenti ma jbatux ħafna meta jkunu qed jingħataw xi kura medika.

Dan huwa wieħed mill-proġetti li semma Dylan Seychell, li huwa akkademiku mill-Università ta’ Malta li jispeċjalizza fl-intelliġenza artifiċjali, meta kien intervistat fil-programm Ras imb Ras ilbieraħ filgħaxija.

Huwa tkellem ukoll dwar kif ir-rivoluzzjoni attwali qed taffettwa wkoll is-suq tax-xogħol, u rrefera għal kemm l-intelliġenza artifiċjali tista’ tkun iktar ta’ benefiċċju għall-ħaddiema għax jiżdied il-ħin biex jagħmlu affarijiet oħrajn.

Tista’ terġa’ tara x’intqal iktar dwar l-Intelliġenza Artifiċjali fil-programm Ras imb Ras fuq TVMi hawnhekk.

Aħbarijiet Oħra
Droga

L-Aġenziji li jaħdmu mal-vittmi tad-droga fosthom is-Sedqa u l-Caritas huma tal-fehma li l-użu rikreattiv tal-kannabis m’għandux ikun promoss għax ikattar il-kultura favur l-abbuż tad-droga. Din il-fehma intweriet waqt il-programm Dissett…

Partit Nazzjonalista

Il-President tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Kristy Debono qalet fi stqarrija li sabet li 84 mill-200 firma fil-petizzjoni li titlob biex jitlaqqa’ l-Kunsill Ġenerali biex jiddiskuti l-ġejjieni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista huma…

Lokali

Ta’ tnax-il sena sofriet diżabilità minħabba mard u wara ħafna snin ta’ żwieġ kellha tifel bil-kundizzjoni down syndrome. Minkejja l-isfidi, Lorraine Pellicano tgħid li Thomas berkilha ħajjitha u ħerqana li…

Lokali

Meqjusa fost l-ewwel tobba f’Malta li bdiet taħdem bla heda mal-vittmi tad-droga, ħidmet it-tabiba Maria Sciberras tfakkret f’konferenza f’għeluq il-25 sena mit-twaqqif tal-Aġenzija Sedqa u fil-jum internazzjonali kontra l-abbuż u…

Aktar