Barranin
L-Ukrajna b’turija ta’ qawwa militari quddiem it-theddida Russa

Reġa’ qed iberraq bejn l-Ukrajna u r-Russja, hekk kif il-militar tal-Ukrajna wettaq għadd ta’ drills bħala turija tal-forza militari tal-pajjiż qrib il-Baħar Azov.

Dan l-eżerċizzju militari, li matulu ħadu sehem ajruplani kbar u armamenti tal-gwerra, sar 150 kilometru ‘l barra mill-belt ta’ Donetsk li tinsab taħt idejn ir-ribelli.

L-Ukrajna qed tippjana li tibni bażi militari fuq il-Baħar Azov, bl-għan li tilqa’ għat-theddida tar-Russja f’din iż-żona.

It-tensjonijiet bejn l-Ukrajna u r-Russja ilhom għaddejjin mindu l-Krimea ngħaqdet mar-Russja fl-2014. Aktar minn 10,000 persuna kienu tilfu ħajjithom fil-ġlied bejn truppi Ukreni u separisti appoġjati minn Moska.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-President Russu Vladimir Putin wasal fi Vladivostok għall-ewwel taħdidiet mal-mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong Un. Il-Mexxej Kim Jong Un wasal fil-belt Russa lbieraħ permezz ta’ ferrovija. Il-Gvern Russu qal…

Kurżitajiet

L-istilla ta’ Juventus u t-tim nazzjonali tal-Portugall Cristiano Ronaldo approfitta mir-rebħ tal-kampjonat mit-tim tiegħu u għall-Għid mar jiċċelebra mas-sieħba tiegħu Georgina fil-Kroazja. Waqt btala ta’ tliet ijiem f’Dubrovnik, spikka l-lussu…

Saħħa

Mara li sofriet minn ġrieħi serji f’moħħha wara li kienet involuta f’inċident ikrah tat-traffiku fl-Emirati Għarab Magħquda qamet minn koma li kienet fiha għal kważi 3 diċenji. Munira Abdulla kienet…

Barranin

Il-President tal-Filippini Rodrigo Duterte hedded lill-gvern Kanadiż bi gwerra jekk ma jiħux lura l-iskart li bagħtu fil-pajjiż. Mal-2,450 tunnellata skart intbagħtet lejn il-Filippini fl-2013 u l-2014 iżda meta sarulha l-ispezzjonijiet,…

Aktar