AĠĠORNAT: It-truppi Ukreni jirtiraw mill-belt strateġika ta’ Debaltseve

Il-President Ukren qal li l-forzi Ukreni qed jirtiraw mill-belt ta’ Debaltseve.

Petro Poroshenko qal li 80 fil-mija tat-truppi telqu dalgħodu u l-bqija se jsegwu l-istess passi.

Il-ġlied f’din il-belt żdied bir-ribelli favur ir-Russja jaħtfu l-kontroll ta’ ħafna żoni minkejja li suppost hemm fis-seħħ ftehim għal waqfien mill-ġlied.

Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Russu qal li l-forzi Ukreni spiċċaw iċċirkondati u kienu sfurzati jitilqu.

Sergei Lavrov esprima t-tama li s-sens komun jirbaħ u ħeġġeġ lir-ribelli biex jipprovdu lit-truppi li ċedew b’ikel u ħwejjeġ.

 

Aktar kmieni: L-Istati Uniti akkużat lir-Russja li qed tikser il-ftehim għal waqfien mill-ġlied li ntlaħaq mal-Ukrajna f’Minsk.

Il-kunsill tas-sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda vvota unanimament favur l-approvazzjoni ta’ dan il-ftehim.

Il-Viċi President Amerikan Joe Biden qal li l-prezz li se jkollha tħallas ir-Russja se jkompli jiżdied jekk tkompli tikser il-ftehim.

Il-ġlied fil-Lvant tal-Ukrajna kompla għaddej fil-belt ta’ Debaltseve, bir-ribelli favur ir-Russja jgħidu li għandhom f’idejhom il-kontroll ta’ ħafna miż-żoni.

Il-President Russu Vladimir Putin ħeġġeġ lit-truppi Ukreni biex iċedu.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Baħri tan-Navy Amerikana spara u qatel żewġ ħaddiema, qabel dawwar il-pistola fuqu nnifsu u ħa ħajtu b’idu. Il-każ seħħ bil-bażi militari Amerikana f’Pearl Harbor f’Honolulu, fil-Hawaii, nhar l-Erbgħa li għadda….

Barranin

Franza llum tinsab wieqfa b’dak li huwa kkunsidrat bħala l-ikbar strajk ġenerali fi kważi 25 sena, u f’dan l-istadju mhux magħruf meta se jintemm. Miljuni ta’ ħaddiema huma mistennija jistrajkjaw…

Barranin

Mara ta’ 23 sena fl-Indja tinsab f’qagħda kritika, wara li ngħatat in-nar meta kienet fi triqtha għall-Qorti. It-tfajla kienet se tattendi seduta tal-Qorti f’Uttar Pradesh, li matulha żewġt irġiel qed…

Barranin

Matul is-summit bdiet tinħema tilwima oħra wara li l-Prim Ministru Kanadiż Justin Trudeau instema’ jitkellem dwar Donald Trump. B’reazzjoni għal dan, il-President Amerikan sejjaħlu faċċol. Il-President Trump ħassar konferenza tal-aħbarijiet…

Aktar