Barranin
L-Ukreni jivvutaw illum fl-ewwel fażi tal-elezzjonijiet presidenzjali

L-Ukreni llum se jivvutaw fl-ewwel fażi tal-elezzjonijiet presidenzjali. Il-President Petro Poroshenko reġa’ qed jikkontesta dawn l-elezzjonijiet, iżda b’sorpriża fuq quddiem hemm l-attur komiku Volodymyr Zelenskiy.

Matul il-kampanja, iż-żewġ kandidati, flimkien mal-ex Prim Ministru Yulia Tymoshenko, esprimew opinjonijiet favur l-Ewropa. Ħadd mill-kandidati favur ir-Russja ma jidher li għandu ċans jagħmilha għal President.

Jekk l-ebda kandidat ma’ jikseb aktar minn 50% il-Ħadd, iż-żewġ kandidati li jiksbu l-aktar voti jaffaċċjaw lil xulxin fit-tieni fażi tal-elezzjoni fil-21 ta’ April.

Qed jikkontestaw l-elezzjoni presidenzjali 39 kandidat.