COVID-19
L-ulied jistgħu jwasslu rigal fid-djar tal-anzjani għal Jum l-Omm

Qed jingħata permess biex dawk li għandhom ommhom tgħix f’dar tal-anzjani jew f’dar għall-persuni b’diżabbiltà, jwasslulha rigal għal Jum l-Omm.

Dan tħabbar fi stqarrija maħruġa mis-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjanità Attiva u l-Persuni b’Diżabbiltà, fejn intqal li r-rigali jridu jaslu fir-residenza sas-6 ta’ Mejju.

Dan se jsir biex b’hekk jinżammu f’post sigur għal diversi jiem qabel jingħataw lill-anzjani, u jiġi eliminat il-periklu ta’ kontaminazzjoni.

Intqal li l-Kumitat tal-Welfare se jkun qed jagħti rigali lin-nisa kollha li jinsabu fid-djar tal-anzjani tal-gvern u f’dawk id-djar fejn hemm arranġamenti ta’ public-private partnership, kif ukoll djar fejn il-gvern jixtri s-sodod.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tilef vot ta’ fidċuja fil-grupp parlamentari wara laqgħa li damet għaddejja ħames siegħat. Madanakollu, f’konferenza tal-aħbarijiet eżatt wara għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ filgħodu, Dr Delia qal li mhux…

Edukazzjoni

L-Università ta’ Malta ħabbret li ċ-ċerimonji ta’ gradwazzjoni li kienu se jsiru f’Novembru u Diċembru li ġej jiġu posposti għas-sena d-dieħla minħabba l-inċertezza relatata mal-COVID-19. Ir-Rettur tal-Università, il-Professur Alfred Vella…

COVID-19

F’għeluq ir-raba’ xahar minn meta feġġ l-ewwel każ tal-coronavirus f’Malta, ir-rata ta’ trasmissjoni tal-virus minn persuna għall-oħra, l-hekk imsejjaħ R Factor, nizel għal 0.33, li jfisser li tliet persuni jistgħu…

Politika

L-Avukat Ġenerali rrefera għall-parir li huwa ta lill-Pulizija fis-16 ta’ Mejju 2016, u sostna li dan imkien ma rrakkomanda t-twaqqif ta’ xi investigazzjonijiet jew tal-ġbir ta’ provi kontra xi professjonisti,…

Aktar