Lokali
‘L-ulied kollha għandhom dritt li jgawdu lill-ġenituri tagħhom’ – Adrian Delia

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li l-Partit Nazzjonalista jinsab impenjat li d-drittijiet tal-ulied li jgawdu l-ġenituri tul ħajjithom ikun garantit.

Fi stqarrija tal-Partit Nazzjonalista ġiet irrappurtata diskussjoni virtwali li Dr Delia kellu mal-għaqda Happy Parenting Malta For Happier Children. Matulha ġiet diskussa l-problema tal-aljenazzjoni tal-ulied f’każi ta’ żwigijiet li jitfarrku.

Ir-rappreżentanti tal-għaqda appellaw għall-aġġornament tal-liġi għaliex qalu li t-tfal li qed ikunu aljenati u mċaħħdin minn wieħed mill-ġenituri tagħhom qed jispiċċaw vittmi ta’ abbuż.