Barranin
L-Ungerija l-ewwel pajjiż fl-Ewropa li se jibda jixtri l-vaċċin tar-Russja

Permezz ta’ ftehim li ffirma mar-Russja, l-Ungerija sar l-ewwel pajjiż tal-Unjoni Ewropea li se jibda’ jixtri l-vaċċin Russu Sputnik V.

Għalkemm l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini għadha ma approvatx l-użu ta’ dan il-vaċċin, jiem ilu r-regolatur Ungeriż ta l-barka lil din it-tilqima, kif ukoll lil dik ta’ AstraZenenca.

Ir-Russi qed jgħidu li il-vaċċin huwa 92% effettiv kontra l-Covid madanakollu għadha ma ġietx ippublikata d-dejta kollha tat-testijiet.