Barranin
L-Ungerija qed tiffaċċja l-possibiltà ta’ sanzjonijiet Ewropej – għada l-vot fil-Parlament Ewropew

Il-Prim Ministru Ungeriż, Viktor Orban iddefenda r-rekord ta’ pajjiżi fil-Parlament Ewropew fejn l-Ungerija qed tiffaċċja l-possibiltà ta’ sanzjonijiet Ewropej minħabba l-ksur tad-drittijiet umani tal-minoranzi u l-ksur tas-saltna tad-dritt f’pajjiżu kif ukoll l-imminar tal-ġudikatura u l-istituzzjonijiet.

Għall-akkużi tal-Membri Parlamentari Ewropej dwar kif qiegħed ixekkel id-demokrazzija f’pajjiżu, il-Prim Ministru Orban qal li l-Ungerija mhix ser iċedi għall-pressjoni tal-Unjoni Ewropea. Tenna li l-Ungerija se tibqa’ kontra li taċċetta immigranti u qal li l-Gvern Ungeriż għandu mandat mill-poplu. Qal li ser jimxi mad-deċiżjoni tal-poplu Ungeriż li jrid li l-Ungerija ma tkunx pajjiż tal-immigranti.

Il-Prim Ministru Orban wissa’ li jekk il-vot li għandu jittieħed għada jkun kontra pajjiżu, ikun kundanna għall-poplu Ungeriż.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump iddiskuta l-midja soċjali mal-ko-fundatur ta’ Twitter Jack Dorsey fil-White House. Fi stqarrija, Twitter qal li huwa ffukaw fuq il-protezzjoni tal-konversazzjoni pubblika qabel l-elezzjoni fl-Istati Uniti…

Barranin

Il-President ta’ Sri Lanka wiegħed li jagħmel tibdiliet kbar fis-sigurtà tal-istat wara li nqatlu 359 persuna u ndarbu 500 oħra f’diversi splużjonijiet ta’ bombi f’Ħadd il-Għid. Il-UNICEF qalet li fost il-vittmi…

Barranin

Il-mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong-un jinsab fi triqtu lejn ir-Russja għal taħditiet mal-President Vladimir Putin. Il-midja tal-istat Koreana qalet li Kim Jong-un qed jivvjaġġa bil-ferrovija privata tiegħu. Dawn mistennija…

MEUSAC

Fl-aħħar stħarriġ tal-opinjoni pubblika fl-Unjoni Ewropea, 82% tal-Maltin intervistati qalu li jħossu li huma ċittadini tal-Unjoni. U 76% minnhom qalu li jixtiequ jkunu jafu aktar dwar id-drittijiet tagħhom fl-Unjoni Ewropea….

Aktar