X

L-Ungerija qed tiffaċċja l-possibiltà ta’ sanzjonijiet Ewropej – għada l-vot fil-Parlament Ewropew

Il-Prim Ministru Ungeriż, Viktor Orban iddefenda r-rekord ta’ pajjiżi fil-Parlament Ewropew fejn l-Ungerija qed tiffaċċja l-possibiltà ta’ sanzjonijiet Ewropej minħabba l-ksur tad-drittijiet umani tal-minoranzi u l-ksur tas-saltna tad-dritt f’pajjiżu kif ukoll l-imminar tal-ġudikatura u l-istituzzjonijiet.

Għall-akkużi tal-Membri Parlamentari Ewropej dwar kif qiegħed ixekkel id-demokrazzija f’pajjiżu, il-Prim Ministru Orban qal li l-Ungerija mhix ser iċedi għall-pressjoni tal-Unjoni Ewropea. Tenna li l-Ungerija se tibqa’ kontra li taċċetta immigranti u qal li l-Gvern Ungeriż għandu mandat mill-poplu. Qal li ser jimxi mad-deċiżjoni tal-poplu Ungeriż li jrid li l-Ungerija ma tkunx pajjiż tal-immigranti.

Il-Prim Ministru Orban wissa’ li jekk il-vot li għandu jittieħed għada jkun kontra pajjiżu, ikun kundanna għall-poplu Ungeriż.

av :