Edukazzjoni
L-uniformi għall-istudenti se tkun tracksuit

Wara li l-Ministeru għamel konsultazzjoni pubblika fuq l-uniformi tal-iskola mal-istudenti, l-għalliema u l-ġenituri, l-għażla tal-maġġoranza fost kull grupp kienet favur li l-uniformi tkun tracksuit komda u ta’ kwalità, inklużi poloshirt, t-shirt, shorts, cap u ġakketta għax-xitwa. Il-konsultazzjonijiet saru fi tliet fażijiet bejn l-1 ta’ Frar u t-18 ta’ Marzu 2019.

Fi stqarrija maħruġa mill-Ministeru għall-Edukazzjoni ntqal li 85% tal-istudenti mill-primarja li ħadu sehem f’focus groups marru għall-għażla ta’ uniformi li tkun tracksuit komda u ta’ kwalità. Il-focus groups saru f’għoxrin skola primarja mqassma fl-għaxar kulleġġi, tnejn f’kull kulleġġ. 91% tal-istudenti mill-iskejjel medji u sekondarji taw l-għażliet tagħhom favur it-tracksuit permezz ta’ survey online.

Il-konsultazzjoni mal-ġenituri u mal-edukaturi saret permezz ta’ survey online. 89% tal-ġenituri tal-istudenti li jattendu l-iskejjel primarji, medji u sekondarji tal-Istat huma favur it-tracksuit bħala uniformi. 77% ta’ edukaturi li huma wkoll ġenituri għażlu t-tracksuit bħala uniformi. 56% tal-edukaturi li pparteċipaw fis-survey huma wkoll favur it-tracksuit bħala uniformi.

Il-Ministeru qal li bħalissa qed ikunu konsultati internament ma’ uffiċjali inkarigati dwar l-aħjar għażliet fid-disinn u fil-materjal li għandu jkollha t-tracksuit biex tkun komda u adattata għall-iskola. Saret konsultazzjoni interna wkoll dwar kif l-aħjar li għandha tiddaħħal l-uniformi l-ġdida gradwalment biex ma jkunx hemm piż żejjed fuq il-familji.

Intqal li d-disinn tat-tracksuit il-ġdida għall-primarja u għas-sekondarja (inkluż tal-medja) ser ikollhom xi dettalji li jvarjaw fid-disinn tagħhom. Kull kulleġġ tal-Istat se jkollu dettalji u skemi ta’ kulur partikolari biex jibqa’ jkollhom identità li tidentifika lill-kulleġġ tagħhom. Wara li jkunu finalizzati d-disinni l-ġodda u d-dettalji tal-materjal, jinbeda l-proċess tal-għażla tal-fornitur. Sabiex jingħażel il-fornitur tal-uniformijiet, il-Ministeru se jkun qed jippubblika request for proposals biex ikun jista’ jingħażel l-offerent li jonora l-ispeċifikazzjonijiet kollha mitlubin bl-aħjar offerta finanzjarja. Dettalji dwar min se jingħażel permezz tar-request for proposals u jkun qed jissupplixxi t-tracksuit bħala l-uniformi l-ġdida jkunu pubbliċi hekk kif jiġi finalizzat dan il-proċess.

Il-Ministeru jinforma li se jkun hemm phasing-in tal-uniformi l-ġdida u għaldaqstant se jkunu qed isiru arranġamenti dwar meta tidħol fis-seħħ biex kemm jista’ jkun ma jkunx hemm piżijiet żejda fuq il-ġenituri. Il-Ministeru qed jinforma lill-iskejjel u lill-ġenituri li

• Sena Skolastika 2019/2020

Ser tinżamm l-uniformi preżenti, waqt li l-ġenituri ser ikunu jistgħu jibagħtu lil uliedhom bit-tracksuit, inklużi poloshirt, t-shirt, shorts, cap u ġakketta għax-xitwa tal-uniformi attwali.

• Sena Skolastika 2020/2021

It-tracksuit il-ġdida, inklużi poloshirt, t-shirt, shorts, cap u ġakketta għax-xitwa se tkun qed tidħol fil-Kindergarten 1, Year 1, Year 7 u Year 9 mis-sena skolastika 2020-2021.

• Sena Skolastika 2021/2022

Kull student jattendi l-iskola bit-tracksuit il-ġdida, inklużi poloshirt, t-shirt, shorts, cap u ġakketta għax-xitwa.

Aħbarijiet Oħra
Budget

B’reazzjoni għad-diskors tal-Prim Ministru fil-Parlament, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li Joseph Muscat ma’ wieġeb xejn fuq is-sitwazzjoni tal-għalliema, tal-middle class, tal-popolazzjoni tiżdied, fuq il-problemi tal-banek u fis-settur tal-gaming. Fuq…

Ambjent

Il-Ministru għall-Ambjent, Jose Herrera, waqt li rtira l-emenda oriġinali tal-Gvern għall-mozzjoni tal-Oppożizzjoni, ressaq emenda ġdida li permezz tagħha l-Parlament Malti iddikjara emerġenza fil-klima, bil-Kumitat Parlamentari tal-Ambjent u Ippjanar tal-Iżvilpp jinbidel…

Budget

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li l-Gvern xtara Villa G’Mangia fejn kienet tgħix ir-Reġina biex fiha isir proġett turistiku. Waqt li wieġeb għall-kritika tal-Kap tal-Oppożizzjoni għall-baġit, Dr Muscat żvela li…

Immigrazzjoni

Il-President Emeritu, Marie Louise Coleiro Preca, qalet li s-soċjetà Maltija għandha tagħmel dak kollu possibbli biex toħnoq id-diskors ta’ mibegħda. Hija kienet qed titkellem fid-dawl ta’ rapport minn The Times…

Aktar