Stejjer Umani
L-unika kilwa li għandi qed taħdem aħjar minn meta kelli tnejn – donatur ħaj ta’ kilwa

Is-sena li għaddiet kien hawn 5 donaturi ħajjin tal-kliewi.  Dan joħroġ minn ċifri uffiċjali li juru li fl-2018 saru 18-il trapjant tal-kliewi f’Malta.

Saru wkoll 10 trapjanti tal-kornea s-sena l-oħra filwaqt li ma saru ebda trapjanti tal-qalb.  Dawn huma t-tliet tipi ta’ trapjanti li jsiru f’Malta, filwaqt li l-awtoritajiet tas-saħħa għandhom diversi ftehimiet ma’ sptarijiet barranin għal trapjanti ta’ organi oħrajn.

Id-Direttur għad-Direttorat għall-Istandards għall-Kura tas-Saħħa Patricia Galea qalet lil Insights li kemm ilha nkarigata mir-Reġistru Nazzjonali tal-Organi, is-sena li għaddiet kellha 4 persuni li wrew ix-xewqa li jagħtu kilwa lil xi ħadd li ma jafuhx, magħrufa bħala donaturi sammaritani.

15-il sena ilu, l-ewwel Malti li qatt ta’ kilwa lil xi ħadd li ma jafux kien James Muscat, li llum huwa l-President ta’ Transplant Support Group.  Fil-programm Insights, James iddeskriva l-ġest li kien għamel ma’ David (ritratt) bħala l-isbaħ rigal tal-ħajja li jara lil xi ħaddieħor jgħix mill-ġdid.

James Muscat qal li llum iħossu aħjar minn 15-il sena ilu u prova ta’ dan huma l-aħħar riżultati tat-testijiet tad-demm.  Dan hekk kif James qal li r-riżultati wrew kif il-kilwa l-leminija tiegħu qed tagħmel xogħolha aħjar minn meta kellu żewġt ikliewi.

Tista’ tara l-intervista hawnhekk jew inkella minn TVMi.

TVMi Insights jixxandar il-Ħadd fil-10.45pm fuq TVM.

Aħbarijiet Oħra
Teknoloġija

Il-Kap Eżekuttiv tal-GO, Nikhil Patil, qal li kważi wasal nofs triq l-investiment ta’ €100 miljun li l-kumpanija qed tagħmel f’sistema ta’ fibre optic cable għas-servizzi tagħha. Huwa qal li dal-proġett…

Lokali

Wara li lbieraħ filgħaxija ġġarraf bini fi Gwardamanġa, Transport Malta qalet li qed tissospendi t-testijiet tat-teorija minħabba li l-uffiċċju fejn isiru dawn it-testijiet huwa parti minn din il-binja li ġġarfet….

Lokali

Il-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi tal-Knisja organizzat laqgħa ta’ djalogu ma’ rappreżentanti tal-partiti politiċi dwar il-politika li għandu jħaddan il-Parlament Ewropew fil-leġislatura li jmiss. Il-Kummissjoni għażlet it-tema ‘Naġġustaw l-Ewropa għall-Ġid Komuni’…

Turiżmu

Fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena ġew Malta ftit aktar minn 78,000 turist abbord il-vapuri tal-passiġġieri. Skont ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika kien hemm żieda ta’ aktar minn 810,000 passiġġier meta…

Aktar