Avjazzjoni
L-Università b’ħidma fuq programm biex jonqsu r-riskji għall-ajruplani

Fost proġetti ta’ ricerka li qed isiru fl-Università ta’ Malta, l-Istitut għat-Teknoloġiji Aerospazjali qed jaħdem fuq programm maħsub biex jonqsu r-riskji għall-ajruplani.

Il-programm huwa intiż biex janalizza b’ħeffa kbira u b’effiċjenza d-data tat-titjiriet u jidentifika nuqqasijiet jew difetti biex jiġu indirizzati.

Riċerka li qed issir mill-Istitut għat-Teknoloġiji Aerospazjali fl-Università ta’ Malta, b’kollaborazzjoni mal-kumpanija tal-bdoti QuAero, għandha l-għan li tagħmel l-industrija tal-avjazzjoni aktar sigura.

Ir-riċerka qed tuża t-teknoloġija magħrufa bħala ‘Machine Learning’ biex permezz tal-intilliġenza artifiċjali jiġu identifikati riskji fl-avjazzjoni meta l-ajruplani fl-ajru mistennija jirdoppjaw fl-20 sena li ġejjin.

Il-kordinatur f’dan il-proġett ta’ riċerka, Dr Robert Camilleri spjega li s-sensors abbord kull ajruplan jirrekordjaw mas-16-il biċċa informazzjoni kull sekonda. Żied jgħid li bil-liġi, wara kull titjira, il-kumpaniji tal-ajru jridu jħarsu lejn din id-‘data’ biex jaraw jekk l-ajruplan jew il-bdot, operawx fil-parametri siguri.

Il-Kordinatur tal-proġett ta’ riċerka, Dr Robert Camilleri qal “normalment tant hemm data lejn xiex wieħed iħares li bl-użu tal-kompjuter, bl-użu ta’ machine learning u pattern recognition, tista’ tanalizza flottot kbar ta’ ajruplani, ta’ vjaġġi fi żmien ta’ ftit minuti.”

Semma li bil-programm li żviluppaw, għamlu eżerċizzju li ħares lejn id-‘data’ ta’ 66 ajruplan huma u neżlin fl-ajruport. Id-‘data’ ta’ ħamsa minnhom uriet li għalkemm il-vjaġġi ntemmu b’wiċċ il-ġid, f’xi ħin l-ajruplan għamel varjazzjoni lil hinn mil-limiti aċċettabbli tas-sigurtà. Id-‘data’ wriet ukoll għaliex ġara dan in-nuqqas. Dr Camilleri qal li wara din ir-ricerka l-linja tal-ajru jkunu jistgħu jtejbu l-effiċjenza fl-operat tagħhom u jżidu s-sigurtà.

Id-Direttur tal-Istitut għat-Teknoloġiji Aerospazjali fl-Università ta’ Malta, il-Professur David Zammit Mangion qal li r-riċerka tinsab nofs triq.

“Wara li nispiċċaw inkunu aktar viċin il-kumpaniji biex ngħidulhom ara dawn huma s-software algorithims li nkunu żviluppajna li jaħdmu għaliex ma teħduhomx biex tiżviluppuwahom ġol-prodotti tagħkom. Dik hija l-linja li s-soltu nfittxu u hekk se nagħmlu f’dan il-proġett.”

Il-proġett huwa mifrux fuq tliet snin u hu ffinazjat mill-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija b’investiment ta’ €200,000.

 

Aħbarijiet Oħra
Avjazzjoni

Hekk kif ilbieraħ il-Malta Aviation Society ħabbret li s-sena d-dieħla l-airshow mhux se tkun tista’ ssir, bosta dilettanti tal-avjazzjoni b’nostalġja qed ixerrdu fuq il-midja soċjali ritratti u filmati tal-ispettakli tas-snin…

Kisbiet

Riċerkaturi Maltin jistgħu jibbenefikaw minn boroż ta’ studju offruti mill-gvern biex iwettqu r-riċerka ta’ dottorat u post-dottorat fil-European University Institute f’Firenze. Ftit tal-jiem ilu, Matthias Ebejer beda l-istudji tiegħu għad-dottorat….

Festi

Hija t-tradizzjoni li għandha l-għeruq tagħha fil-bidu tal-ħamsinijiet u li tiċċelebra d-devozzjoni lill-Madonna tal-Grazzja permezz ta’ pellegrinaġġ bil-muturi u r-roti. Iċ-ċelebrazzjonijiet tal-festa tal-Madonna tal-Grazzja f’Ħaż Żabbar jikkonkludu l-istaġun tal-festi tas-Sajf….

Kronaka

Kenneth Cassar ta’ 38 sena mill-Isla ġie akkużat li fil-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd li għadda fl-Isla saq vettura b’manjiera perikoluża, laqat tliet karozzi u baqa’ sejjer. Cassar ġie…

Aktar