Lokali
L-Università b’riċerka fuq sistemi teknoloġiċi li jintużaw għall-kura tal-pazjenti

Riċerkaturi mill-Università ta’ Malta qed jiżviluppaw sistemi teknoloġiċi biex ikun hemm tqassim aħjar ta’ riżorsi u inqas ħela ta’ ħin waqt il-proċess tal-kura tal-pazjenti. Il-proġett, li bbenefika minn sittin elf ewro mill-fondi ta’ riċerka tal-Università, għandu wkoll l-għan li jagħmel previżjonijiet dwar każi ġodda ta’ mard; u kif l-aħjar ikunu kkurati.

Tim ta’ riċerkaturi fil-Fakultà tat-Teknoloġija tal-Informatika fi ħdan l-Università ta’ Malta qed jaħdmu fuq riċerka mill-oqsma tal-informatika, l-istatistka; il-management u l-kura tas-saħħa biex tinħoloq sistema iżjed effettiva fil-mod kif ikunu identifikati; ndirizzati u mmaniġjati problemi loġistiċi fis-sistema tal-kura tas-saħħa u l-qasam soċjali.

Il-lecturer li qed imexxi r-riċerka Dr. Lalit Garg qal li waqt il-proċess ta’ kura u trattament tal-pazjenti hemm stadji li jistgħu jkunu kkaratterizzati minn dewmien u tqassim ħażin tar-riżorsi. Qal li dawn jistgħu ikunu evitati minħabba li r-riċerkaturi kkonkludew li huma parzjament attribwiti għal sistemi tal-informatika li m’humiex effettivi biżżejjed. Qal li s-sistema se tassisti wkoll fil-mod kif issir il-ġbir tad-data u kif tinżamm l-informazzjoni dwar il-pazjent.

“We can develop simulations to see the impact of various policy decisions and various interventions tio improve our healthcare services.”

Dr. Garg fisser kif ir-riċerkaturi mmexxija minnu qed jiżviluppaw sistema teknoloġika bl-użu tal-blockchain u l-ikkodjar tal-computers li hija mmirata biex issolvi diffikultajiet tekniċi waqt l-iskedar tal-appuntamenti u d-dħul fl-isptarijiet u ċ-ċentri tas-saħħa.

Din is-sistema hija intenzjonata wkoll li tassisti fl-allokazzjoni tar-riżorsi li jkun jenħtieġ il-pazjent u fl-analiżi dwar l-istimi tal-ispejjeż li jkunu se jintefqu fuq il-kura, filwaqt li tidentifika l-apparat mediku li jkun meħtieġ waqt il-proċedura.

Spjega li l-proġett għandu wkoll l-għan li bl-użu tat-teknoloġika jagħmel previżjonijiet dwar fatturi li possibilment huma kontributorji għall-kundizzjonijiet ta’ mard; u kif l-aħjar ikunu kkurati l-pazjenti.

“What are the various factors affecting diseases their spread, outbreak and progress, for instance whether pollution, there might be some other factors such as alleviation, chemicals and viruses, bacteria, all these are interrelated with each other so if we have a system where we can have forecasting of previous warnings and future diseases, as well as we know how many patients we might expect or a least we know how much healthcare resources we require.”

II-proġett kien wieħed minn erba’ proġetti fl-oqsma tax-xjenzi naturali, l-inġinerija, il-kura tal-informatika, l-arkitettura u l-arti li bbenefikaw minn somma ta’ sittin elf ewro kull wieħed minn fondi ta’ riċerka tal-Università ta’ Malta.