Edukazzjoni
L-Università ta’ Malta tgħid li se ssib soluzzjoni biex iċ-ċerimonji tal-gradwazzjoni jsiru din is-sena

Wara li l-Università ta’ Malta semgħet id-dispjaċir tal-istudenti u l-familjari tagħhom għall-aħbar li ċ-ċerimonji ta’ gradwazzjoni se jiġu posposti hija qalet li se ssib soluzzjoni biex dawn isiru fiż-żmien tagħhom.

Ilbieraħ tħabbar li ċ-ċerimonji li kienu se jsiru f’Novembru u Diċembru li ġej se jiġu posposti għas-sena d-dieħla minħabba l-inċertezza relatata mal-COVID-19. Ir-Rettur tal-Università, il-Professur Alfred Vella qal li s-Senat iddeċieda li l-quddiesa ta’ radd il-ħajr u ċ-ċerimonji jsiru fi Frar u Marzu skont is-sitwazzjoni tas-saħħa pubblika.

Dan qajjem diskussjoni bejn l-istudenti li għadhom kemm temmew il-kors tagħhom b’suċċess u kienu qed jistennew li jiggradwaw. Huma nnotaw kif minkejja li l-gradwazzjoni tagħhom kienet se tiġi posposta, it-tħejjijiet għas-sena akkademika l-ġdida baqgħu għaddejjin b’Television Malta jikkonferma mal-Prorettur tal-Università li sakemm ma jkunx hemm ċirkustanzi imprevedibbli, is-sena akkademika l-ġdida hija skedata li tibda f’Ottubru.

Intant fi stqarrija, l-Università qalet  li se ssib soluzzjoni biex dawn iċ-ċerimonji jsiru bejn Novembru u Diċembru 2020 ħalli l-istudenti jkunu jistgħu jiċċelebraw il-kisbiet tagħhom din is-sena stess.

Ara wkoll:

Iċ-ċerimonji tal-gradwazzjoni posposti, iżda s-sena akkademika tibda f’Ottubru

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Wieħed mill-persuni li nstabu pożittivi fl-aħħar sigħat huwa gwardjan tal-ħabs. Kelliem għall-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin qal lil TVM li waqt il-proċess ta’ contact tracing il-ħaddiem sostna li kien mar l-isptar…

Saħħa

L-għaqda mhux governattiva Hospice Malta ngħatat madwar €1 miljun mill-gvern bħala sostenn għall-ħidma li twettaq fost 1,300 familja fejn hemm każi ta’ mard serju bħal kanċer, motor neuron disease, mard…

Saħħa

Il-Kummissarju għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabbiltà, Oliver Scicluna, kellu kliem iebes għall-fatt li tfal b’diżabbiltà qed jibqgħu jiġu mċaħħda minn servizzi essenzjali għall-iżvilupp tagħhom minħabba azzjonijiet industrijali li daħlu fis-seħħ illum….

Aktar