Barranin
L-Unjoni Ewropea taqbel fuq is-17-il pajjiż li tniżżlu fil-lista s-sewda

F’laqgħa tal-Ministri tal-Finanzi tal-Unjoni Ewropea fi Brussell, ġiet maqbula l-lista s-sewda ta’ 17-il pajjiż mfissra bħala tax havens. Il-pajjiżi fil-lista qed jirriskjaw ma jkollhomx aċċess għall-fondi mill-Unjoni Ewropea jew jiffaċċjaw sanzjonijiet mill-gvernijiet Ewropej.

Il-lista ma tinkludi l-ebda pajjiż fl-Ewropa u fiha gżejjer fil-karibew u pajjiżi bħal Panama, it-Tuneżija, l-Emirati Għarab Magħquda, il-Korea t’Isfel u l-Bahrain.

Barra l-bini tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, attivisti tal-għaqda Oxfam ikkritikaw lill-Ministri talli fil-lista ma nkludewx pajjiżi Ewropej bħall-Iżvizzera, l-Irlanda, Malta, il-Lussemburgu u l-Olanda.

Il-Ministri tal-Finanzi tal-Unjoni Ewropea għamlu lista ta’ 47 ġurisdizzjoni f’lista mlaqqma ‘griża’ li hija għal dawk li m’humiex konformi mal-istandards tal-Unjoni għalkemm wrew ir-rieda li jbidlu r-regoli tat-taxxa tagħhom. Id-deċiżjoni tal-Ministri qed tittieħed wara l-pubblikazzjoni tal-Paradise Papers.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

L-Avukat Ġenerali tal-istat Amerikan ta’ Pennsylvania qal li saċerdoti Kattoliċi f’Pennsylvania abbużaw sesswalment minn eluf ta’ tfal fuq perjodu ta’ 70 sena u sikktu lill-vittmi permezz tal-arminizzazzjoni tal-fidi (“the weaponization…

Barranin

Mumenti ta’ paniku, konfuzjoni u ħsejjes kbar kienet l-esperjenza tal-biza’ ta’ ħafna li kienu f’Genova fl-Italja hekk kif pont li kien parti mill-awtostrada ġġarrfet u ħalla mill-anqas 11-il persuna mejta…

Barranin

Tragedja f’Genova f’dak li jidher htija tal-maltemp wara li wieħed mill-ponti ewlenin iġarraf u ħalla konfermati mejta tnax-il ruħ. Il-Ministru tat-Trasport Taljan Danilo Toninelli sejjaħ dak li seħħ illum f’nofsinhar…

Aktar