Unjoni Ewropea
L-Unjoni Ewropea tinvesti fiż-żgħażagħ

F’April tal-2013, l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea kkommettew ruħhom illi jiżguraw li żgħażagħ taħt il-25 sena jkollhom aċċess għal opportunitajiet ta’ xogħol, edukazzjoni kontinwa u apprentistati ta’ kwalità fi żmien erba’ xhur minn meta jisfaw bla xogħol jew minn meta jitilqu mill-edukazzjoni formali.

F’ħames snin biss minn mindu tnediet l-iskema tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ, ir-riżultati miksuba madwar l-Unjoni Ewropea kienu sinifikanti: in-numru ta’ żgħażagħ qiegħda naqas bi 2.3 miljun u b’1.8 miljun żagħażugħ/a li ma baqgħux barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ.

F’Malta, il-Garanzija għaż-Żgħażagħ qiegħda titmexxa mill-Youth Guarantee Office fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol. F’pajjiżna, l-iskema ġiet implimentata l-aktar permezz ta’ kofinanzjament mill-Fond Soċjali Ewropew illi wassal għal inizjattivi għal żgħażagħ ta’ bejn il-15 u l-25 sena.

Il-Garanzija għaż-Żgħażagħ ġiet applikata f’Malta permezz ta’ inizjattivi maħsuba sabiex jassistu lil studenti ta’ bejn il-15 u il-25 sena biex ikomplu l-istudji tagħhom jew biex itejbu l-probabbiltà li jiksbu suċċess fid-dinja tax-xogħol. Dawn l-inizjattivi jikkonsistu f’taħriġ u esperjenza ta’ xogħol, għajnuna fil-preparazzjoni għall-eżamijiet tas-SEC/‘O’ levels u fl-istudji fl-MCAST, u korsijiet fis-sajf fl-ICT. Mill-2014 ’l hawn, iktar minn 3,000 student/a bbenefikaw minn għajnuna għall-eżamijiet tas-SEC/’O’ levels fis-suġġetti tal-Malti, l-Ingliż, il-Matematika, Il-Bijoloġija u l-Fiżika.

L-Istati Membri jistgħu jipparteċipaw f’avvenimenti ta’ skambju ta’ ideat u konferenzi pubbliċi biex jaqsmu suċċessi fil-qafas tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ. Fil-fatt ġie stabbilit ukoll reġistru elettroniku ta’ eżempji ta’ politiki u miżuri li kienu ta’ suċċess fl-Istati Membri, sabiex dawn ikunu jistgħu jiġu promossi ma’ Stati Membri oħrajn.

Għal aktar tagħrif dwar il-Garanzija għaż-Żgħażagħ tista’ tikkuntattja lill-Youth Guarantee Office fuq [email protected] jew 2598 1161/2/4. Għal informazzjoni dwar opportunitajiet ta’ fondi tal-Unjoni Ewropea tista’ tikkuntattja lill-MEUSAC fuq 2200 3300 jew [email protected]

Tagħrif miġbur minn:

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia, qal li l-każ tal-qtil ta’ Raymond Caruana kien strumentali għall-matura fil-pajjiż. Dr Delia kien qed jitkellem f’attività fil-Gudja li fakkret it-33 anniversarju mill-qtil…

Qorti

Libjan ta’ 41 sena residenti x-Xagħra inżamm arrestat wara li ġie akkużat li nhar it-Tlieta li għadda, kien kompliċi ma’ persuna oħra f’attentat ta’ serq. Il-każ seħħ għall-ħabta tas-sitta ta’…

Qorti

Raġel ta’ 28 sena mil-Libja nżamm arrestat, wara li kien akkużat b’serq u li weġġa’ ħafif pulizija. Ir-raġel, li jgħix ir-Rabat, Għawdex, kien akkużat li fit-3 ta’ Diċembru, għall-ħabta tal-5.20pm,…

Qorti

Raġel ta’ 39 sena tressaq il-Qorti t’Għawdex, akkużat li lbieraħ, għall-ħabta tas-sebgħa ta’ filgħodu, għamel ħsara fuq vettura tal-għamla Vitz. Il-każ seħħ fi Pjazza Salvatore Busuttil f’Kerċem. Ir-raġel, li huwa…

Aktar