Barranin
L-Unjoni Ewropea titlef battalja legali mal-AstraZeneca

L-Unjoni Ewropea tilfet battalja legali fi Brussell li biha ppruvat iġġiegħel lill-kumpanija tal-farmaċewtika AstraZeneca biex tissupplixxiha b’120 miljun doża tat-tilqima tal-Covid-19 sal-aħħar ta’ Ġunju. L-Unjoni Ewropea ħadet il-każ il-Qorti x-xahar li għadda wara li l-kumpanija ittardjat it-tqassim tat-tilqim.

Madankollu, it-talba tal-Unjoni Ewropea ma ntlaqgħetx mill-Qorti fi Brussell. Il-Qorti imponiet terminu ta’ żmien li matulu l-AstraZeneca trid tissupplixxi d-dożi lill-Unjoni Ewropea inkella taffaċċja multa ta’ €10 għal kull doża, li tista’ tammonta għal miljuni ta’ ewro. AstraZeneca ġiet ordnata tipprovdi mal-50 miljun doża lill-Unjoni Ewropea sal-aħħar ta’ Settembru.