Edukazzjoni
L-UPE tiddikjara tilwima industrijali mal-Ministeru tal-Edukazzjoni

L-Union of Professional Educators (UPE) irreġistrat tilwima industrijali mal-Ministeru tal-Edukazzjoni.

Hija ddikjarat li rreġistrat din it-tilwima għax kellha njorati diversi talbiet għad-drittijiet kostituzzjonali.

L-UPE akkużat lill-Ministeru tal-Edukazzjoni li njora wkoll l-ilment li għamlet mal-Ombudsman fl-Uffiċċju tal-Kummissarju tal-Edukazzjoni.

L-ilment tal-UPE jittratta r-rikonoxximent trejdunjonistiku u r-rappreżentanza ta’ edukaturi msieħba magħha.