Barranin
L-urugan Leslie jħarbat il-Portugall u jimxi għal fuq Spanja

Riħ qawwi b’forza ta’ urugan laqat iċ-ċentru u n-naħa ta’ fuq tal-Portugall u ħalla mat-300,000 dar mingħajr provvista tal-elettriku.

L-urugan Leslie, kif tlaqqmet din il-maltempata, laqtet il-pajjiż matul is-Sibt bil-lejl, b’riħ b’qawwa ta’ 176 km fis-siegħa.

Uffiċjali mid-difiża ċivili qalu li 27 persuna soffrew minn ġrieħi ħfief. Qalu li f’xi nħawi kien hemm għargħar, li mijiet ta’ siġar inqalgħu mill-għeruq u li numru ta’ titjiriet tħassru.

Il-maltempata, waħda mill-aktar qawwija li qatt laqtet il-pajjiż, issa għaddejja minn fuq in-naħa ta’ fuq ta’ Spanja.