Enerġija
Aktar użu tal-arja kkondizzjonata u attività ekonomija qawwija jżidu l-konsum tal-elettriku

L-Enemalta ħabbret li l-konsum tal-elettriku fl-ewwel tmien xhur tas-sena żdied bi 2.7% fuq l-istess perjodu tas-sena li għaddiet. Il-Kap Eżekuttiv tal-Enemalta Jason Vella qal lil TVM li ż-żieda ġejja minn attività ekonomika qawwija fil-pajjiż, u anki għaliex illum iktar nies qed jużaw iktar apparat għal arja kundizzjonata. Dan filwaqt li s-sena li għaddiet, l-użu ta’ pannelli fotovoltajċi żdiedu bi 22%.

TVM żar iċ-ċentru tal-kontroll tal-Enemalta minn fejn il-kumpanija tkun tista’ tara x’inhu jiġri fl-impjanti minn fejn tinġieb l-enerġija, jiġifieri ż-żewġ impjanti tal-gass, l-interconnector, u anki jsir moniteraġġ tal-enerġija ġġenerata mill-pannelli fotovoltajċi. Permezz ta’ kameras installati fiċ-ċentru tal-kontroll, l-Enemalta saħansitra tissorvelja l-interconnector f’Ragusa Sqallija. Meta mqabbel mal-ewwel tmien xhur tas-sena li għaddiet, l-użu tal-elettriku f’pajjiżna kien ta’ 2.7% aktar meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena li għaddiet. Il-Kap Eżekuttiv tal-Enemalta, l-Inġinier Jason Vella qal lil TVM li hemm bosta fatturi għax il-konsum tal-elettriku żdied fosthom minħabba ż-żieda qawwija fir-ritmu ekonomiku tal-pajjiż.

Jason Vella qal li “fiż-żminijiet tas-sajf u anki xitwa b’użu ta’ sistemi ta’ elettriku tiżdied id-domanda, iżda hemm fatturi oħra fosthom żieda fil-popolazzjoni, żieda fit-turiżmu, u anki l-andament ekonomiku”.

L-użu tal-pannelli fotovoljtaċi matul l-2017 żdied bi 22% iżda l-Kap Eżekuttiv tal-Enemalta Jason Vella qal li meta l-pajjiż ma jkollux enerġija solari minħabba l-maltemp, ikun hemm piż ikbar fuq l-enerġija ġenerati mill-impjanti tal-gass u mill-intenconnector u li dan xi drabi joħloq sfidi. L-Inġinier Vella qal li l-matul din is-sena l-Enemalta kompliet saħħet l-effiċjenza tagħha, b’20% fit-tnaqqis tal-ħsarat, u anki tnaqqis fid-dewmien tat-tiswijiet tal-ħsarat. L-Inġinier Vella qal li hekk kif l-aħħar erba’ snin l-Enemalta investiet €100 miljun għat-tisħiħ tal-infrastuttura, għal din is-sena u s-sena d-dieħla qed tinvesti €20 miljun oħra.

Jason Vella qal li “meta tiżdied id-domanda, irridu naraw li s-sistemi ta’ distribuzzjoni ikunu adegwati, as we go along ninvestu fis-sistemi tad-distribuzzjoni tagħna, biex inkunu nistgħu nilqgħu għad-domanda”.

L-Inġinier Vella qal li filwaqt li s-sħana tas-sajf ġġib diversi sfidi, il-maltemp huwa wkoll ta’ sfida għall-kumpanija, speċjalment is-sajjetti li ħafna drabi jikkawżaw ħsarat fl-operat tal-kumpanija. Madanakollu l-Inġinier Vella qal li l-Enemalta żiedet it-timijiet tekniċi tagħha u anki l-inġiniera biex il-ħsarat jissewwew fl-inqas ħin possibbli.

Aħbarijiet Oħra
TV u Radju

Il-ġurnalisti tal-PBS rebħu 9 unuri għal stejjer u produzzjonijiet li xxandru fuq TVM, Radju Malta u tvm.com.mt. Sitta mid-disgħa kategoriji li ntrebħu mill-PBS intrebħu lis-sitt ġurnalisti tal-kamra tal-aħbarijiet fosthom għal…

Lokali

Din hija ħarsa ħafifa lejn il-gazzetti ppubblikati llum il-Ħadd 21 ta’ Lulju 2019 Fl-ewwel paġna ta’ The Sunday Times of Malta insibu l-istorja dwar il-fdalijiet ta’ katavru li l-pulizija sabet…

Saħħa

Studju internazzjonali wera li l-każi li l-kanċer tal-għonq tal-utru qegħdin jonqsu drastikament tant li hu maħsub li din il-marda tista’ tiġi eradikata. Dan huwa grazzi għat-tilqima li tingħata lit-tfajliet kontra…

Tfal

Skont l-aġenzija appoġġ, madwar mitt tifel u tifla ngħataw għall-kura għand foster carers wara talba mill-ġenituri tagħhom stess minħabba li spiċċaw f’diffikultajiet fosthom mard serju jew spiċċaw bla saqaf fuq…

Aktar