Avjazzjoni
L-użu tal-maskri abbord it-titjiriet fost il-miżuri tal-mitigazzjoni

Waqt li għad hemm stennija dwar il-bidu tat-titjiriet regolari, diġà jidher li fost il-miżuri tal-mitigazzjoni ser tkun l-użu tal-maskri abbord kif wara kollox qed isir fit-trasport pubbliku. L-Airmalta li bħalissa qed topera ftit titjiriet għal Ruma, Frankfurt u Londra, diġà ħabbret li min-nhar it-Tnejn, il-passiġġieri u l-ekwipaġġ ser ikolhom jilbsu l-maskra tul it-titjira.

Intant, l-Easyjet ingħaqdet mal-linji tal-ajru oħra li kellhom inaqqsu l-ħaddiema. U Ċipru qiegħed joffri li tħallas il-vaganza tat-turisti li jaqbadhom il-COVID-19 waqt li jkunu fuq btala f’Ċipru.

L-ilbies tal-maskri protettivi fuq l-ajruplani jidher li ser ikun parti min-normalità ġdida. Għalkemm bħalissa, l-Air Malta qiegħda topera ftit titjiriet u wħud minnhom għar-ripatrijazzjoni tal-passiġġieri, min-nhar it-Tnejn, kull min jitla’ abbord ser ikunu obbligat jilbes maskra minn qabel jitla’ fuq l-ajruplan, sakemm jasal fid-destinazzjoni u joħroġ mill-ajruport.

L-Air Malta qalet li waqt it-titjira l-maskra tista’ ma tintużax biss għall-konsum tal-ikel u x-xorb. Il-kumpanija qalet li ser tagħmel eċċezjoni għal passiġġieri li jbatu bin-nifs u t-tfal taħt is-6 snin. Il-Kap Eżekuttiv tal-Air Malta, il-kaptan Clifford Chetcuti qal li l-arja fuq l-ajuplani tal-Air Malta tiġi ffiltrata b’sistemi ta’ filtrazzjoni tal-arja bħal dawk li jintużaw fl-isptarijiet.

Numru ta’ linji tal-ajru oħra bħall-Emirates, ir-Ryanair u Swiss Airlines ukoll ħabbru miżuri ta’ mitigazzjoni abbord l-ajruplani tagħhom fosthom uħud li għamlu bidla radikali fl-uniformijiet tal-cabin crew.

S’issa mhux magħruf meta ser jerġgħu jibdew it-titjiriet minn u lejn Malta. Madakollu hemm stennija li d-data tista’ ma tkunx ‘il bogħod anke minħabba li r-Ryanair qiegħda taċċatta bookings għal titjiriet lejn Malta sa mill-bidu ta’ Lulju li ġej.

Minkejja l-indikazzjoni li numru ta’ ajruporti ser jiftħu għas-sajf, il-linji tal-ajru mhumiex ottimisti li l-ivvjaġġar ser jerġa’ jilħaq iċ-ċifri tas-sena li għaddiet. F’dan l-isfond, l-Easyjet ħabbret li ser tnaqqas l-impjegati tagħha bi 30%. Anke l-British Airways u r-Ryanair naqqsu l-impjegati tagħhom.

U fi żvillup ieħor, Ċipru biex jagħti nifs lill-industrija turistika qed joffri li jħallas l-ispejjeż tal-btala lit-turisti li jinstabu pożittivi għall-COVID-19 waqt li jkunu fil-pajjiż.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Żagħżugħ ta’ 23 sena mill-Gudja tressaq il-Qorti l-Ħadd filgħodu, akkużat li lbieraħ waqt li kien fi stabbiliment fil-limiti tar-Rabat, ikkaġuna ġrieħi gravi lil Nathan Luke Borg, li kissirlu n-nuċċali u…

Infrastruttura

Infrastructure Malta għażlet żewġ artisti u żewġ ditti tal-arkitettura minn Malta, Ċipru u r-Rumanija sabiex jipproduċu erba’ xogħlijiet artistiċi kbar għaż-żoni bis-siġar u passaġġi madwar il-flyovers tal-Marsa Junction Project wara…

Kultura

Il-parruċċani tas-Siġġiewi 320 sena ilu kkummissjonaw żewġ biċċiet tal-arti, kurċifiss u kwadru li flimkien jirrappreżentaw ix-xena tal-golgota fi tliet dimensjonijiet. Din l-opra tal-arti kienet saret f’Ruma. F’dan iż-żmien kemm il-kurċifiss…

Stejjer Umani

Fr Martin Micallef, id-Direttur tad-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi illum qed jiċċelebra l-24 anniversarju tal-ordinazzjoni saċerdotali tiegħu. Fuq il-paġna tiegħu fuq facebook, Fr Martin filwaqt li radd ħajt lil Alla għal dak kollu…

Aktar