Barranin
“La tibżgħux” – il-messaġġ tal-Papa Franġisku waqt il-vġili tal-Għid

Il-Papa Franġisku ħeġġeġ lin-nies sabiex “ma jibżgħux u ma jċedux għall-biża'” minħabba l-coronavirus, filwaqt li sejħilhom sabiex ikunu “messaġġiera tal-ħajja fi żmien ta’ mewt.”

Il-Kap tal-Knisja Kattolika kien qed jitkellem is-Sibt filgħaxija fil-Bażilika ta’ San Pietru li kienet kważi vojta. Il-Kattoliċi madwar id-dinja setgħu isegwu din iċ-ċelebrazzjoni tal-Għid online.

L-Italja għadha taħt miżuri stretti ta’ lockdown biex tikkontrolla l-firxa tal-coronavirus. Il-Prim Ministru Taljan, Giuseppe Conte faħħar lill-Papa għall-‘ġest responsabbli” billi ċċelebra l-Għid mingħajr konkregazzjoni.

Illum l-insara madwar id-dinja, minkejja r-restrizzjonijiet li ħallew lill-miljuni ta’ nies maqfulin fi djarhom, qed jiċċelebraw l-Għid il-Kbir li hija l-akbar festa tal-Knisja Kattolika.