La Traviata fit-Teatru Aurora

L-opra romantika ta’ Giuseppe Verdi ‘La Traviata’ se tittella fit-Teatru Aurora Għawdex – appuntament annwali li joffri lid-dilettanti tal-mużika klassika opportunita jgawdi x-xogħlijiet tal-aqwa kompożituri tal-istorja operistika.

Il-President tas-Soċjetà Filarmonika Leone, Dr Michael Caruana qal li l-produzzjoni din is-sena se jkollha artisti internazzjonali bħas-sopran Elena Mosuc fir-rwol ta’ Violetta, Stefan Pop bħala Alfredo u Marzio Giossi bħala Giorgio Germont.

Is-surmast Colin Attard għaldarb’oħra se jidderieġi l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta u l-kor Aurora Opera Chorus. La Traviata hija msejsa f’nofs is-seklu 19 u tirrakkonta l-istorja ta’ mħabba bejn Violetta u Alfredo li tintemm fuq nota traġika. La Traviata se tittella fis-17 ta’ dan ix-xahar.