
Il-Ħadd waranofsinhar, uffiċjali tat-taqsima tal-infurzar minn Transport Malta u mid-Dipartiment tas-Saħħa, mgħejjuna mill-Pulizija, waqqfu attività ta’ tombla li kienet qed issir f’Valentine Hall il-Ħamrun. Madwar siegħa wara li bdiet it-tombla, kif kien irreklamat fuq tabella fuq barra tas-sala li din kienet se tibda fis-sagħtejn ta’ wara nofsinhar, l-uffiċjali ta’ Transport Malta daħlu jwaqqfu din it-tombla li minn informazzjoni li għandu TVM għaliha kien hemm 60 persuna preżenti, il-maġġoranza assoluta anzjani.
Id-diżappunt fuq dawk li ħarġu mit-tombla kien jidher ċar b’uħud minnhom jikkummentaw “lanqas li qtilna lil xi ħadd”, jew “ħalluna ngħixu dawn l-erbat ijiem ħajja li fadlilna”. Din qed titqies bħala attività tal-massa li bil-miżuri kontra l-Covid 19 mhijiex permessa. TVM hu infurmat li nħarġet ċitazzjoni lill-organizzaturi tat-tombla.
Ara wkoll: