Barranin
Laqgħa bejn Macron u Sanchez qabel il-laqgħa tal-mexxejja Ewropej ta’ nhar il-Ġimgħa

Il-President Franċiż Emmanuel Macron laqa’ lill-Prim Ministru Spanjol Pedro Sanchez f’Pariġi jumejn qabel is-summit Ewropew li mistenni jitlaqqa’ għall-ewwel darba wara l-pandemija fi Brussell.

Fuq nett tal-aġenda mistenni jkun hemm il-pjani ta’ stimolu ekonomiku għall-pajjiżi l-agħar milquta mill-pandemija.

Fl-aħħar jiem kien hemm diversi laqaghat bilaterali, hekk kif il-pajjiżi il-kbar ppruvaw jipperswadu lill-Iżvezja, l-Olanda, l-Awstrija u d-Danimarka biex ma jibqgħux jopponu l-proposta biex ikun hemm fond ta’ rkupru ta’ €750.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

F’Beirut fil-Libanu, dimostranti niżlu fit-toroq jipprotestaw kontra l-Gvern u juru r-rabja tagħhom għall-isplużjoni li ħalliet ħerba sħiħa nhar it-Tlieta. Ħafna Lebaniżi qed jgħidu li din l-isplużjoni seħħet minħabba neġliġenza kbira…

Barranin

Tarbija f’Beirut kienet waslet biex titwieled meta seħħet l-ewwel splużjoni ta’ jumejn ilu, li farrket il-ħġieġ tas-sala tal-isptar. Il-mument inqabad minn missier it-tarbija, li dak il-ħin inzerta qed jiġbed filmat…

Barranin

It-tieni jum wara l-isplużjoni li heżżet il-kapitali Lebaniża, Beirut, fost sens qawwi ta’ xokk u rabja l-poplu kompla jnaddaf il-ħerba li sab ruħu fiha. S’issa mal-160 persuna kienu kkonfermati mejta…

Storja

Ħamsa u sebgħin sena ilu bħal-lum, id-dinja nħasdet. It-Tieni Gwerra Dinjija kienet għadha sejra fil-Paċifiku meta l-Istati Uniti tefgħet bomba atomica fuq Hiroshima u tliet ijiem wara fuq Nagasaki. L-effett…

Aktar