Ekonomija u Finanzi
Laqgħa f’Kastilja dwar l-ekonomija Maltija fl-isfond tal-isfida tal-Covid-19

L-eks Prim Ministru Joseph Muscat kien fost numru ta’ esperti ekonomiċi li t-Tnejn waranofsinhar kienu preżenti għal-laqgħa mal-Prim Ministru Robert Abela f’Kastilja li matulha ġiet diskussa l-ekonomija Maltija u l-isfidi tal-pandemija covid-19.

It-tfassil ta’ pjan ħolistiku, li jindirizza s-setturi differenti tal-ekonomija Maltija, kien fuq l-aġenda ta’ laqgħa li saret it-Tnejn waranofsinhar fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Robert Abela f’Kastilja. Għal-laqgħa kien hemm preżenti l-eks Prim Ministru Joseph Muscat li kien fost dawk li ġew deskritti mill-istess sorsi bħala esperti ekonomiċi oħra li flimkien qed jagħtu konsulenza lill-Gvern dwar miżuri li għandhom iwasslu għal irkupru ekonomiku wara li tgħaddi l-pandemija tal-Covid-19.

Fil-laqgħa ħadu sehem il-Ministru tal-Ekonomija Silvio Schembri, il-Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise Kurt Farrugia – li ħadem mill-qrib ta’ Dr Muscat għal snin sħaħ – u Clyde Caruana li kien kap ta’ Jobsplus u llum huwa l-Kap tas-Segretarjat tal-Prim Ministru Abela.

Rapport mhux ikkonfermati jgħidu li l-Gvern qed jikkunsidra jdaħħal fis-seħħ, ftit ftit, numru ta’ miżuri ekonomiċi maħsuba biex jgħinu setturi speċifiċi. Dawn jistgħu jiddaħħlu fuq perjodu ta’ xhur.

Kif żvela Television Malta, il-ġimgħa li għaddiet, l-uffiċċju ta’ Dr Muscat ħejja nota ekonomika li fiha studja diversi xenarji ta’ kif tista’ tiġi affettwata l-ekonomija skont kemm iddum il-pandemija. L-istudju tal-uffiċċju ta’ Dr Muscat jibbaża ruħu fuq kalkoli u stimi li jikkunsidraw kemm ir-restrizzjonijiet li ġew imposti u anke l-pakkett ta’ għajnuna finanzjarja li tħabbar mill-gvern biex l-ekonomija tirkupra fl-iqsar żmien possibbli.

Mill-istudju joħroġ li fl-aħjar xenarju possibbli, l-ekonomija tirpilja f’qasir żmien din is-sena stess waqt li fl-agħar xenarju, il-kriżi ekonomika tkompli tkarkar anke s-sena d-dieħla. L-istess rapport imfassal mill-uffiċċju tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat jindika li t-turiżmu l-aktar li se jdum biex jirkupra filwaqt li s-settur tal-bejgħ bl-imnut għandu jirpilja minn tal-ewwel.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi ħatar inkjesta skont il-liġi bil-għan li tistabilixxi l-fatti b’rabta ma’ każ fejn priġunier li ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest, kien rilaxxat mill-ħabs u deher…

Lokali

Il-Maltapost qalet li l-ħidma tagħha għadha ma ġietx lura għan-normal riżultat fost l-oħrajn ta’ tnaqqis b’aktar min-nofs fit-titjirjiet kummerċjali, iż-żieda fix-xiri online u l-akkumulazzjoni ta’ posta f’tliet pajjiżi Ewropej. Il-Maltapost…

COVID-19

Tħassar ukoll il-kunċert ta’ Joseph Calleja li din is-sena kellu jsir fl-4 ta’ Settembru fuq il-Fosos tal-Furjana u li issa mistenni jsir f’format differenti. NnG Promotions, l-organizzaturi tal-kunċert li bħala…

Annimali

Ilbieraħ, il-BirdLife Malta ġabret għasfur pjuttost rari li huwa sottospeċi Mediterranja tal-Bies, li nstab ferut b’tiri ta’ senter fl-Għarb, Għawdex. Fi stqarrija, il-BirdLife qalet li l-għasfur instab minn familja li…

Aktar