Laqgħa kbira lill-kadavru ta’ Mandela f’Qunu

Il-kadavru ta’ l-ex President Nelson Mandela wasal f’Qunu fil-lvant tal-Afrika t’Isfel fost kant u żfin mir-residenti lokali lejliet id-difna.

Uħud minnhom saħansitra spontanjament bdew ikantaw l-innu nazzjonali Sud-Afrikan hekk kif il-korteo deher mit-triq li mill-ajruport Mthatha tagħti għal Johannesburg . Folol kbar kienu fuq iż-żewġ naħat tat-triq biex jagħtu l-aħħar qima lill-ewwel president iswed li ħelishom mill-madmad tar-razziżmu.

Mandela, li miet fil-5 tax-xahar fl-età ta’ 95 sena, se jindifen għada f’funeral statali li mistenni jkun imżewwaq b’po,pa military u riti tradizzjonali tat-tribú Thembu. Membri tal-familja mistennija jkunu bi ħġarhom kif ukoll mexxejja nazzjonali u mistiedna barranin fosthom kil-Prinċep Charles u l-attivista tal-jeddijiet ċivili Amerikan, ir-Rev. Jessie Jackson.