Laqgħa tal-MCESD dwar is-sitwazzjoni fil-Libja

ll-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) se jkun qiegħed jiltaqa’ nhar l-Erbgħa li ġej fis-2.00 p.m. biex jiddiskuti l-kwistjoni tal-Libja.

Għal din il-laqgħa apparti l-Ministru Helena Dalli mistenni jattendu wkoll il-Ministru Chris Cardona u s-Segretarju Permanenti Prinċipali u Kap taċ-Ċivil Mario Cutajar.

F’kummenti lil tvm.com.mt, il-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili Helena Dalli qalet li f’din il-laqgħa s-sħab soċjali se jkunu qed jiltaqgħu biex tingħata aktar informazzjoni fuq l-iżviluppi li qed ikun hemm fil-Libja.

 

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Id-Deputat Prim Ministru u Minsitru għas-Saħħa Chris Fearne qal li fl-aħħar 24 siegħa ma kien irreġistrat ebda każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta. Fuq Twitter Dr Fearne qal li “għax qbadna…

COVID-19

It-tabib tal-emerġenza, Michael Spiteri esprima d-diżżapunt tiegħu fuq il-media soċjali għall-fatt li lbieraħ filgħaxija partitarji tal-Floriana inġabru f’attività tal-massa fuq il-Fosos, sabiex jiċċelebraw id-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol li vvutaw…

Aktar